LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/15 p. 16
  • Il-funzjoni tal-mustaċċi tal-qattus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-funzjoni tal-mustaċċi tal-qattus
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Werrej
    Stenbaħ!—2015
  • Leħja Mqaxxra Tajjeb
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2015
g 5/15 p. 16
Qattus

ĠIET DISINJATA?

Il-funzjoni tal-mustaċċi tal-qattus

IL-​QTATES domestiċi huma ġeneralment notturni, jew attivi billejl. Milli jidher, il-​mustaċċi jgħinuhom jidentifikaw oġġetti fil-​viċin u jaqbdu l-​priża, partikularment wara nżul ix-​xemx.

Ikkunsidra: Il-​mustaċċi tal-​qtates huma mwaħħlin maʼ nisġa taʼ ċelluli li għandha ħafna nervituri. Dawn in-​nervituri huma sensittivi għal anki l-​inqas moviment taʼ arja. B’hekk, il-​qtates jistgħu jindunaw b’oġġetti fil-​qrib mingħajr ma jarawhom—ovvjament dan hu vantaġġ fid-​dlam.

Ladarba l-​mustaċċi huma sensittivi ħafna għal affarijiet li jiġu f’kuntatt magħhom, il-​qtates jużawhom biex jiddeterminaw il-​pożizzjoni u l-​movimenti taʼ oġġett jew taʼ priża. Ukoll, il-​mustaċċi jgħinu lill-​qtates ikejlu l-​wisaʼ taʼ fetħa qabel ma jipprovaw jgħaddu minnha. L-​Encyclopædia Britannica tgħid li “l-​funzjonijiet tal-​mustaċċi mhumiex mifhumin għalkollox; madankollu, huwa magħruf li jekk jiġu maqtugħin, il-​qattus ikun temporanjament limitat.”

Ix-​xjentisti qed jiddisinjaw robots mgħammrin b’sensors li jimitaw il-​mustaċċi tal-​qattus biex jgħinu lir-​robots jimmanuvraw madwar ostakli mingħajr ma jolqtuhom. Dawn is-​sensors, imsejħin e-​whiskers, “jistaʼ jkollhom użu kbir fir-​robotika avanzata, f’kif il-​bnedmin jikkontrollaw il-​magni, u fl-​użu bijoloġiku,” jgħid Ali Javey, xjentist taʼ fakultà tal-​University of California, Berkeley.

Int x’taħseb? Il-​funzjoni tal-​mustaċċi tal-​qattus ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja