LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/15 p. 16
  • Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Diżastru fil-Baħar—Traġedja fuq l-Art
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2015
g 9/15 p. 16
Tixrid taż-żejt fil-Golf tal-Messiku

ĠEW DISINJATI?

Mikro-​organiżmi li jġibu ż-​żejt fix-​xejn

FL-​2010, ħarġu kważi 800 miljun litru żejt mhux maħdum minn rig taż-​żejt wara li sploda u għereq fil-​Golf tal-​Messiku. Imma fi ftit xhur, ħafna mit-​tinġis sparixxa. Dan kif kien possibbli?

Mikrobi li jġibu ż-żejt fix-xejn

Ikkunsidra: Riċerka xjentifika wriet li varjetà kbira taʼ batterji tal-​baħar jistgħu jġibu fix-​xejn il-​molekuli tal-​karbonju preżenti fiż-​żejt. Il-​Professur Terry Hazen, mikro-​bijologu tal-​ambjent, iddeskriva dawn l-​organiżmi “bħala missili li jattakkaw iż-​żejt.” Organiżmi bħal dawn għandhom jingħataw parti mill-​krettu għal dak li ġara fil-​Golf tal-​Messiku, kif inhu deskritt fil-​bidu taʼ dan l-​artiklu.

“F’ċertu sens, mhux sorpriża li l-​ibħra jospitaw mikrobi li huma mġewħin għaż-​żejt,” jgħid rapport tal-​BBC dwar is-​suġġett. Wara kollox, “żejt li jnixxi b’mod naturali minn qiegħ l-​oċeani ilu joħroġ fl-​ilmijiet tad-​dinja” għal snin bla għadd.

Hu minnu li l-​sforzi tal-​bniedem biex inaddaf it-​tixrid taż-​żejt huma produttivi. Madankollu, l-​aqwa sforz tal-​bniedem biex inaddaf it-​tixrid taż-​żejt jistaʼ jagħmel iżjed ħsara milli ġid. Kimiki li jiddiżintegraw iż-​żejt magħmulin mill-​bniedem ifixklu l-​proċessi naturali li jġibu ż-​żejt fix-​xejn. Iżjed minn hekk, kimiki bħal dawn huma tossiċi u għandhom effetti fit-​tul fuq l-​ambjent. Imma l-​kapaċità li għandha n-​natura biex tiddikomponi ż-​żejt, inkluż il-​mikrobi li huma mġewħin għaż-​żejt, tippermetti lill-​baħar jibda proċess li jnaddaf lilu nnifsu mingħajr l-​effetti negattivi tal-​metodi artifiċjali.a

Int x’taħseb? L-​abbiltà taʼ dawn il-​mikro-​organiżmi tal-​baħar li jġibu ż-​żejt fix-​xejn ġiet b’kumbinazzjoni? Jew ġiet disinjata?

a Għadu kmieni wisq biex inkunu nafu l-​effetti fit-​tul li jistaʼ jħalli l-​inċident fil-​Golf tal-​Messiku fuq il-​ħlejjaq tal-​baħar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja