LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 6 pp. 8-9
  • Kif turi rispett

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif turi rispett
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • DAK LI GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Żewġ Ċwievet Għal Żwieġ Dejjiemi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • 3 Uru rispett
    Stenbaħ!—2018
  • Kif Tistaʼ Tkun Ferħan fiż-Żwieġ?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 6 pp. 8-9
Mara tinterrompi lil żewġha waqt ikla maʼ koppja oħra

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA | IŻ-​ŻWIEĠ

Kif turi rispett

L-​ISFIDA

Ir-​raġel jgħid: “Meta żżewwiġna, jien u marti kellna opinjonijiet differenti dwar xi jfisser li turi rispett. Ma kienx hemm opinjoni tajba u oħra ħażina—kienu sempliċement differenti. Spiss kont inħoss li marti kien imissha turini iktar rispett bil-​mod kif kienet tkellimni.”

Martu tgħid: “Parti mill-​kultura li trabbejt fiha jien kienet tinkludi li nitkellmu ngħajtu, nużaw ħafna espressjonijiet tal-​wiċċ, u naqbżu fin-​nofs meta oħrajn ikunu qed jitkellmu. Ma konniex inqisu dan bħala nuqqas taʼ rispett. Imma din it-​trobbija kienet totalment differenti minn dik li trabba fiha żewġi.”

Ir-​rispett fiż-​żwieġ mhuwiex kapriċċ, imma bżonn. Kif tistaʼ turi li tirrispetta l-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ?

DAK LI GĦANDEK TKUN TAF

L-​irġiel għandhom bżonn partikulari li jiġu rispettati. Il-​Bibbja tgħid lill-​irġiel miżżewġin: “Kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu.” Imma mbagħad iżżid tgħid: “Il-​mara għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.” (Efesin 5:33) Filwaqt li kemm l-​irġiel u kemm in-​nisa għandhom bżonn li jħossuhom maħbubin u rispettati, l-​irġiel jieħdu pjaċir b’mod speċjali bir-​rispett. “L-​irġiel għandhom bżonn iħossu li jistgħu jirranġaw sitwazzjonijiet, isolvu l-​problemi, u jieħdu ħsieb il-​familja,” jgħid raġel miżżewweġ jismu Carlos.a Meta mara tirrispetta lil żewġha għal dawn il-​kapaċitajiet, ma jibbenefikax biss żewġha imma anki hi. “Infatti żewġi jurini iktar imħabba meta jien nirrispettah,” tgħid mara miżżewġa jisimha Corrine.

Naturalment, anki n-​nisa għandhom bżonn ir-​rispett. Dan jagħmel sens għax raġel ma jistax verament iħobb lil martu jekk ma jirrispettahiex. “Hemm bżonn li jien nirrispetta l-​opinjonijiet u s-​suġġerimenti taʼ marti,” jgħid Daniel. “Għandi bżonn ukoll nirrispetta l-​emozzjonijiet tagħha. Il-​fatt li ma nifhimx għala tħossha b’ċertu mod ma jfissirx li għandi ninjora kif tħossha.”

Mhux kulħadd iqis ir-​rispett bl-​istess mod. Il-​kwistjoni mhix jekk taħsibx li qed turi rispett jew le, imma jekk ir-​raġel jew il-​mara tiegħek tħosshiex rispettata. Din hi lezzjoni li tgħallmet il-​mara li ġiet kwotata fil-​bidu taħt is-​sottitlu “L-​isfida.” “Għalkemm għalija ma kienx nuqqas taʼ rispett, jekk żewġi kien iħoss li mhux qed jiġi rispettat, allura jien kelli bżonn nagħmel bidla.”

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

  • Ikteb tliet kwalitajiet li tammira fil-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ. Dawn il-​kwalitajiet jistgħu jkunu l-​pedament fuqiex tibni r-​rispett.

  • Għal ġimgħa, żomm nota tal-​imġiba tiegħek (mhux tas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek) fl-​aspetti li ġejjin.

Il-​kliem tiegħek. Stħarriġ wieħed dwar il-​koppji sab li “l-​miżżewġin li kienu fi żwieġ stabbli u hieni għamlu ħames kummenti pożittivi għal kull kumment negattiv meta kienu qed jiddiskutu n-​nuqqas taʼ qbil. B’kuntrast, koppji li kienu mexjin lejn divorzju, kellhom inqas minn kumment pożittiv (0.8) għal kull kumment negattiv.”b—Prinċipju tal-​Bibbja: Proverbji 12:18.

Staqsi lilek innifsek: ‘Inkellem lil marti jew lil żewġi b’rispett? Kemm-​il darba nikkritika meta nqabbel maʼ kemm-​il darba nagħti kumpliment? Kif ikun it-​ton taʼ leħni meta jkolli xi kumment jew ilment?’ Ir-​raġel jew il-​mara tiegħek taqbel mat-​tweġibiet li tajt?—Prinċipju tal-​Bibbja: Kolossin 3:13.

Ipprova dan: Agħmilha mira li mqar tagħti kumpliment wieħed kuljum lil martek jew lil żewġek. Suġġeriment: Erġaʼ aħseb fuq il-​kwalitajiet li tammira li kont ktibt qabel. Ħudha drawwa li tgħid lis-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek x’tammira fiha.—Prinċipju tal-​Bibbja: 1 Korintin 8:1.

L-​azzjonijiet tiegħek. Mara jisimha Alicia tgħid: “Inqattaʼ ħafna ħin nagħmel ix-​xogħol tad-​dar, u meta żewġi jirrispetta l-​isforzi li nagħmel billi jiġbor ħwejġu jew jaħsel il-​platti, inħoss li l-​isforzi tiegħi ma jkunux għalxejn u li jien importanti għaż-​żwieġ tagħna.”

Staqsi lilek innifsek: ‘Il-​mod kif nittratta r-​raġel jew il-​mara tiegħi juri b’mod ċar ir-​rispett tiegħi? Nagħti biżżejjed ħin u attenzjoni lill-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ?’ Ir-​raġel jew il-​mara tiegħek taqbel mat-​tweġibiet li tajt?

Ipprova dan: Ikteb tliet modi fejn int tixtieq li tiġi muri rispett. Qabbad lill-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ biex tagħmel l-​istess. Imbagħad biddlu l-​listi ħalli kull wieħed minnkom ikun jistaʼ jaħdem fuq li juri rispett fl-​affarijiet speċifiċi li ktibtu. Iffoka fuq fejn int għandek bżonn turi rispett. Meta wieħed jieħu l-​ewwel pass, x’aktarx li l-​persuna l-​oħra tagħmel l-​istess.

a Xi ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

b Mill-​ktieb Ten Lessons to Transform Your Marriage.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf, imma lsien l-​għorrief hu fejqan.”—Proverbji 12:18.

  • “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta.”—Kolossin 3:13.

  • “L-​imħabba tibni.”—1 Korintin 8:1.

Brian u Serina

Brian u Serina

“Il-​mara m’għandhiex tkun stmata biss għall-​affarijiet fiżiċi, bħax-​xogħol li tagħmel fid-​dar. Hemm bżonn ukoll li tkun taf li hi rispettata u stmata għall-​kwalitajiet tagħha.”—Brian

Austin u Carly

Austin u Carly

“Mingħajr rispett, ma jkollokx żwieġ—għall-​inqas mhux wieħed hieni. Minflok, it-​tnejn li intom se tħossu biss riżentiment u inċertezza.”—Carly

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja