LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 4 pp. 10-11
  • Meta t-tfal ma jibqgħux jgħixu d-dar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta t-tfal ma jibqgħux jgħixu d-dar
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • GĦALA JIĠRI DAN
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Kif Tibni Żwieġ li Jirnexxi
    Stenbaħ!—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 4 pp. 10-11
Ir-raġel qed jara t-televixin f’kamra waqt li l-mara qiegħda ’l bogħod minnu taħdem is-suf

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻWIEĠ

Meta t-​tfal ma jibqgħux jgħixu d-​dar

L-​ISFIDA

Il-​koppji spiss jiffaċċjaw l-​ikbar sfidi tagħhom wara li t-​tfal jilħqu l-​età tagħhom u jitilqu mid-​dar. Meta ma jibqaʼ ħadd mit-​tfal id-​dar, il-​koppja jistgħu jibdew iħossuhom bħal żewġ min-​nies li ma jafux lil xulxin. “Nagħti pariri lil ħafna nies li ma jkunux jafu kif jerġgħu jingwalawha mal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ,” jikteb espert tal-​familji M. Gary Neuman. “Ladarba t-​tfal ma jibqgħux jgħixu d-​dar, [il-​ġenituri] ftit li xejn ikollhom fuq xiex jitkellmu.”a

Jiddeskrivi dan, sa ċertu punt, iż-​żwieġ tiegħek? Jekk iva, tistaʼ ttejjeb ir-​relazzjoni tiegħek. Imma l-​ewwel, ikkunsidra xi fatturi li forsi huma l-​kaġun għala bħala koppja tbegħedtu minn xulxin.

GĦALA JIĠRI DAN

Għal snin sħaħ, it-​tfal kienu jiġu l-​ewwel. Ħafna ġenituri, b’intenzjoni tajba, ipoġġu l-​bżonnijiet taʼ wliedhom qabel il-​bżonnijiet taż-​żwieġ tagħhom. B’hekk, tant jidraw l-​irwol tagħhom taʼ missier u omm li jinsew x’inhu l-​irwol tagħhom bħala raġel u mara miżżewġin—fatt li jkun jidher pjuttost ovvju ladarba t-​tfal jitilqu. “Meta t-​tfal kienu għadhom magħna, almenu konna nagħmlu affarijiet flimkien,” tgħid mara miżżewġa taʼ 59 sena. Imma wara li telqu t-​tfal mid-​dar, hi tammetti, “il-​prijoritajiet tagħna kienu differenti.” Darba minnhom hi waslet biex tgħid lil żewġha, “Qegħdin f’saqajn xulxin.”

Xi koppji ma jkunux preparati biex jaddattaw għal din il-​fażi ġdida tal-​ħajja. “Għal ħafna koppji, huwa bħallikieku għadhom kif iżżewġu,” jgħid il-​ktieb Empty Nesting. Peress li ħafna mill-​koppji jħossu li ma tantx għad għandhom affarijiet komuni bejniethom, jibdew ifittxu dak li jinteressahom b’mod individwali, u b’hekk isiru iktar bħal uħud li jgħixu fl-​istess dar milli miżżewġin.

L-​aħbar tajba hi li int tistaʼ tevita n-​nassa—u saħansitra tgawdi l-​benefiċċji—taʼ din il-​paġna ġdida tal-​ħajja. Il-​Bibbja tistaʼ tgħin f’dan ir-​rigward. Ejja naraw kif.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Kun determinat li taċċetta l-​bidla. Dwar tfal li kibru, il-​Bibbja tgħid: “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu.” (Ġenesi 2:24) Bħala ġenitur, il-​mira tiegħek kienet li tħarreġ ’l uliedek għal dan iż-​żmien, jiġifieri tgħinhom jiżviluppaw abbiltajiet li se jkollhom bżonn bħala adulti. Meta tħares lejha b’dan il-​mod, li t-​tfal jitilqu mid-​dar hi xi ħaġa li għandek għal xiex tkun kburi biha.—Prinċipju Bibliku: Marku 10:7.

M’għandniex xi ngħidu, int se tibqaʼ ġenitur għal uliedek. Però, issa int iktar bħal wieħed li jagħti l-​pariri milli wieħed li jżomm għajnejh fuqhom. Din ir-​relazzjoni ġdida tippermettilek iżżomm rabta mill-​qrib maʼ wliedek waqt li l-​attenzjoni prinċipali tagħtiha lil martek jew lil żewġek.b—Prinċipju Bibliku: Mattew 19:6.

Iftaħ qalbek dwar dak li qed jinkwetak. Tkellem mal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ dwar kif din il-​bidla fil-​ħajja qed teffettwak, u kun lest biex tismaʼ kif tħossha l-​persuna l-​oħra wkoll. Kun paċenzjuż u pprova ifhem. Għandu mnejn jieħu ż-​żmien biex tissaħħaħ ir-​relazzjoni taʼ bejnietkom, imma l-​isforz li jsir ikun worth it.—Prinċipju Bibliku: 1 Korintin 13:4.

Sib affarijiet ġodda li tistgħu tagħmlu flimkien. Tkellem dwar miri li tixtiequ tilħqu flimkien jew dwar affarijiet interessanti li tixtiequ tiskopru bħala koppja. Peress li rabbejt it-​tfal, għandek għerf taʼ min joqgħod fuqu. Għax ma tużahx biex tgħin lil ħaddieħor?—Prinċipju Bibliku: Ġob 12:12.

Erġaʼ kkonferma mħabbtek. Aħseb dwar il-​kwalitajiet li kienu ġibdukom lejn xulxin. Bħala koppja, aħsbu minn xiex għaddejtu flimkien u dwar il-​problemi li għelibtu. Din il-​paġna ġdida f’ħajtek tistaʼ tkun waħda tajba. Fil-​fatt, bi sforz min-​naħa tat-​tnejn, issa għandkom l-​opportunità li ttejbu ż-​żwieġ tagħkom u terġgħu ssaħħu dik l-​imħabba li għaqqditkom flimkien fil-​bidu nett.

a Mill-​ktieb Emotional Infidelity.

b Jekk għadek qed trabbi t-​tfal, ftakar li int “ġisem wieħed” mal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ. (Marku 10:8) It-​tfal iħossuhom aktar protetti meta jaraw li r-​relazzjoni tal-​ġenituri tagħhom hi waħda b’saħħitha.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu.”—Marku 10:7.

  • “Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Mattew 19:6.

  • “L-​imħabba tistabar fit-​tul u qalbha tajba.”—1 Korintin 13:4.

  • “Mhux għerf hemm fost l-​imdaħħlin fiż-​żmien?”—Ġob 12:12.

Salvatore u Aurora

SALVATORE U AURORA

“Irrealizzajna li kellna iktar ħin f’idejna u li kellna bżonn nieħdu vantaġġ kemm jistaʼ jkun minnu. Allura ddeċidejna li ngħinu lil iktar nies—familji bit-​tfal u koppji żgħażagħ. Aħna nieħdu pjaċir ngħinu ’l oħrajn u ngħidulhom l-​esperjenzi tagħna.”

Carlo u Caterina

CARLO U CATERINA

“Ħadna ż-​żmien biex aċċettajna li ħajjitna nbidlet. Għal snin sħaħ, l-​iktar li tkellimna kien fuq it-​tfal. Issa, meta nagħmlu l-​affarijiet flimkien, qed nerġgħu bil-​mod il-​mod nidraw nitkellmu dwarna nfusna u dak li jinteressana.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja