LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g23 Nru. 1 pp. 9-11
  • Il-Foresti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Foresti
  • Stenbaħ!—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Qed Jiġrilhom il-Foresti?
  • Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx
  • X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema
  • Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja
  • Werrej
    Stenbaħ!—2023
Stenbaħ!—2023
g23 Nru. 1 pp. 9-11
Mara timxi fuq bridge fil-foresta.

X’SE JIĠRI MID-DINJA?

IL-FORESTI

XI XJENTISTI jqabblu l-foresti mal-pulmun li permezz tiegħu nistgħu nibqgħu ħajjin. Għala? Bħall-pulmun, is-siġar inaddfu l-arja. Huma jassorbu d-dijossidu karboniku li jagħmlilna l-ħsara. Barra minn hekk, jarmu l-ossiġnu li hu importanti ħafna għalina biex nieħdu n-nifs. Madwar 80 fil-mija tal-pjanti u l-annimali fuq l-art jgħixu fil-foresti. Mingħajr foresti aħna ma nistgħux ngħixu.

X’Qed Jiġrilhom il-Foresti?

Kull sena, biljuni taʼ siġar qed jinqatgħu biex l-art tintuża għar-rabaʼ ħalli jitkabbar il-frott u l-ħaxix. F’dawn l-aħħar 75 sena, nofs il-foresti tropikali ġew meqrudin.

Meta tinqered foresta, il-pjanti u l-annimali li jkunu jgħixu fiha jinqerdu wkoll.

Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx

Anki f’postijiet fejn il-biċċa l-kbira tas-siġar inqatgħu, il-foresti jistgħu jerġgħu jikbru. Dan l-aħħar, l-ekoloġisti nnotaw li postijiet fejn qabel kien hemm is-siġar jistgħu jerġgħu jsiru foresti fi żmien qasir. Aħseb dwar dawn l-eżempji:

  • Riċerkaturi qed jinnotaw x’jiġri f’postijiet fejn qabel kien hemm foresti li nqatgħu għar-rabaʼ, imma li mbagħad ma baqgħux jintużaw. Minn studju fuq 2,200 biċċa art fl-Amerika taʼ Fuq, fl-Amerika t’Isfel, u fl-Afrika tal-Punent sabu li l-foresti jistgħu jerġgħu jibdew jikbru f’inqas minn għaxar snin.

  • Skont studju li ħareġ fir-rivista Science, ir-riċerkaturi jikkalkulaw li f’madwar 100 sena, il-foresti jistgħu jerġgħu jsiru bħalma kienu qabel inqatgħu s-siġar.

  • Dan l-aħħar, xjentisti fil-Brażil għamlu studju biex jaraw jekk il-foresti jikbrux iktar malajr meta n-nies iħawlu s-siġar.

  • In-National Geographic qal hekk dwar dawn ir-riċerkaturi: “Huma kienu ferħanin meta sabu li ma kienx hemm għalfejn jitħawlu s-siġar.” F’ħames snin biss, l-artijiet li ttestjaw “kienu mimlijin bis-siġar tal-pajjiż” mingħajr ma tħawlet ebda siġra.

    KONT TAF?

    Minn Għelieqi Jsiru Foresti

    Stampa li qed turi biċċa art li neħħew is-siġar minnha biex tintuża għar-rabaʼ. Wara 10 snin, il-ħamrija tistaʼ tirkupra. Wara 100 sena jew iktar, is-siġar x’aktarx jerġgħu jikbru u terġaʼ tiġi foresta.

    Foresti li nqatgħu għar-rabaʼ imma li mbagħad ma baqgħux jintużaw, jistgħu jerġgħu jikbru weħidhom. Foresti li ġew meqrudin għal raġunijiet oħra wkoll jistgħu jerġgħu jikbru.

X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema

Mad-dinja kollha, xi nies qed jaħdmu biex jipproteġu l-foresti li baqaʼ u jerġgħu jagħtu l-ħajja lil dawk li ġew meqruda. B’hekk, skont il-Ġnus Magħquda, f’dawn l-aħħar 25 sena, madwar id-dinja kollha nqatgħu biss in-nofs taʼ kemm kienu qed jinqatgħu siġar qabel.

Imma dawn l-isforzi mhux biżżejjed biex insalvaw il-foresti li baqaʼ. L-organizzazzjoni Global Forest Watch ħarġet rapport fejn qalet: “L-ammont taʼ foresti tropikali li qed jiġu meqruda ma nbidilx ħafna f’dawn l-aħħar snin.”

Kumpaniji li jaqtgħu s-siġar għall-injam b’mod illegali qed jaqilgħu biljuni taʼ dollari. L-egoiżmu taʼ dawn in-nies hu r-raġuni għala ħafna foresti tropikali qed jinqerdu.

Raġel qed jeżamina s-siġar taʼ foresta.

Grupp taʼ nies li jipproteġu l-foresti jaqtgħu xi siġar li jkunu kibru ħafna u jħawlu oħrajn minflokhom.

Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja

“Ġeħovaa nibbet mill-art kull siġra li tpaxxi l-għajn u tajba għall-ikel.” —Ġenesi 2:9.

Dak li ħalaq il-foresti kollha ddisinjahom b’mod li aħna nkunu nistgħu nkomplu nibbenefikaw minnhom. Hu jrid jipproteġi u jsaħħaħ il-foresti tagħna flimkien mal-pjanti u l-annimali li jgħixu fihom.

Il-Bibbja turina li Alla mhux se jħalli nies egoisti jkomplu jeqirdu l-art u l-affarijiet li fiha. Ara l-artiklu “Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered” f’paġna 15.

a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.

TGĦALLEM IŻJED

Koppja fil-ġenna tal-art.

Għala nistgħu nkunu ċerti li d-dinja mhux se tinqered minkejja li nies egoisti qed jagħmlulha ħafna ħsara? Ara l-vidjow Alla Għala Ħalaq l-Art? fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja