LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 28
  • Kif Ġie Salvat it-Tarbija Mosè

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Ġie Salvat it-Tarbija Mosè
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Mosè għażel li jqim lil Ġeħova
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Xi Ħaġa Akbar mit-Teżori taʼ l-Eġittu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Min Kien Mosè?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Il-Ġwejdin Huma Prezzjużi Għal Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 28

STORJA 28

Kif Ġie Salvat it-Tarbija Mosè

QED tara liċ-​ċkejken tarbija tifel jibki, u jżomm mas-​sabaʼ tas-​sinjura? Dan hu Mosè. Taf min hi s-​sinjura sabiħa? Din hija prinċipessa Eġizzjana, bint il-​Fargħun stess.

Omm Mosè ħbiet lit-​tarbija tifel tagħha sakemm kellu tliet xhur, għax ma riditx li jinqatel mill-​Eġizzjani. Imma kienet taf li Mosè setaʼ jinstab, allura ara x’għamlet biex issalvah.

Ħadet qoffa u rranġatha ħalli ma jidħolx ilma fiha. Imbagħad, qiegħdet lil Mosè ġo fiha, u poġġiet il-​qoffa qalb il-​ħaxix twil li kien hemm tul ix-​Xmara Nil. Oħt Mosè, Mirjam, kellha toqgħod fil-​viċin u tara x’jiġri.

Wara ftit, bint il-​Fargħun ġiet ħdejn ix-​Xmara Nil ħalli tinħasel. F’daqqa waħda, rat il-​qoffa qalb il-​ħaxix twil. Sejħet lil waħda mill-​qaddejja tagħha u qaltilha: ‘Mur ġibli dik il-​qoffa.’ Meta l-​prinċipessa fetħet il-​qoffa, x’tarbija mill-​isbaħ rat! Iċ-​ċkejken Mosè kien qed jibki, u l-​prinċipessa tħassritu. Ma riditx li jiġi maqtul.

Imbagħad tfaċċat Mirjam. Tistaʼ taraha fl-​istampa. Mirjam staqsiet lil bint il-​Fargħun: ‘Trid immur insejjaħlek mara Iżraelija biex trabbi t-​tarbija għalik?’

‘Iva, jekk jogħġbok,’ wieġbet il-​prinċipessa.

Allura, Mirjam marret tiġri malajr biex tgħid lil ommha. Meta omm Mosè ġiet ħdejn il-​prinċipessa, il-​prinċipessa qalet: ‘Ħu din it-​tarbija u rabbiha għalija u jien inħallsek.’

Għalhekk, omm Mosè ħadet ħsieb it-​tifel tagħha stess. Iktar tard, meta Mosè kiber biżżejjed, ħaditu għand bint il-​Fargħun, u din adottatu bħal binha stess. Dan hu kif Mosè spiċċa jikber fid-​dar tal-​Fargħun.

Eżodu 2:1-10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja