LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 91
  • Ġesù Jgħallem fuq Muntanja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jgħallem fuq Muntanja
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Jagħżel lill-Appostli Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jagħżel 12-il appostlu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù jagħżel tnax-il appostlu
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Dawk li Saru d-Dixxipli taʼ Ġesù
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 91

STORJA 91

Ġesù Jgħallem fuq Muntanja

ARA lil Ġesù bilqiegħda hawn. Qed jgħallem lil dawn in-​nies kollha fuq muntanja fil-​Galilija. Dawk li qegħdin bilqiegħda l-​iktar viċin tiegħu huma d-​dixxipli tiegħu. Hu għażel 12 minnhom biex ikunu appostli. L-​appostli huma d-​dixxipli speċjali taʼ Ġesù. Taf x’jisimhom?

Hemm Xmun Pietru u ħuh Indrì. Imbagħad hemm Ġakbu u Ġwanni li huma aħwa wkoll. Appostlu ieħor jismu Ġakbu wkoll, u hemm ieħor jismu Xmun ukoll. Hemm żewġ appostli li jisimhom Ġuda. Wieħed hu Ġuda l-​Iskarjota, u Ġuda l-​ieħor jissejjaħ ukoll bl-​isem taʼ Taddew. Imbagħad hemm Filippu u Natanjel (li jissejjaħ ukoll Bartilmew), u Mattew u Tumas.

Wara li jiġi lura mis-​Samarija, Ġesù jibda jipprietka għall-​ewwel darba: ‘Is-​Saltna tas-​smewwiet hi fil-​qrib.’ Taf x’inhi din is-​Saltna? Hija gvern reali t’Alla. Ġesù hu s-​Sultan tagħha. Hu se jaħkem mis-​sema u jġib il-​paċi fuq l-​art. L-​art kollha se ssir ġenna mill-​isbaħ permezz tas-​Saltna t’Alla.

Hawnhekk Ġesù qed jgħallem lin-​nies dwar is-​Saltna. ‘Dan hu kif għandkom titolbu,’ jispjega hu. ‘Missierna li int fis-​smewwiet, ħa jiġi onorat ismek. Ħa tiġi Saltnatek. Ħa ssir ir-​rieda tiegħek fuq l-​art, kif inhi fis-​sema.’ Ħafna nies isejħu lil din it-​talba ‘t-​Talba tal-​Mulej.’ Oħrajn isejħulha ‘l-​Missierna.’ Taf tgħid it-​talba kollha?

Ġesù jgħallem ukoll lin-​nies kif għandhom jittrattaw lil xulxin. ‘Agħmlu lil oħrajn dak li triduhom jagħmlu lilkom,’ jgħid hu. Ma tiħux pjaċir meta oħrajn jittrattawk b’qalb tajba? Allura Ġesù qed jgħid li għandna nittrattaw lil nies oħrajn b’qalb tajba. Kemm se nieħdu pjaċir fil-​ġenna tal-​art meta kulħadd se jkun qed jagħmel dan!

Mattew kapitli 5 sa 7; 10:1-4.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja