Għanja 12
“Alla Jħobb lil Donatur Ferrieħi”
1. Waqt li naqdu ’l Missierna qatt ma rridu li ninsew
Li hu hieni, b’qalb tajba u jħobbna tas-sew.
Bħala Donatur Hieni, saħansitra ’l Ibnu ta
Biex kull xorta taʼ nies jistgħu jiksbu l-Verità.
2. Dan l-eżempju kbir tiegħu nagħmlu sew li nimitaw.
Meta nagħtu bil-ferħa il-ġid se naraw.
Il-ħin tagħna u ġidna taʼ Jehovah hu fil-fatt
U jekk lilu nagħtuhom neqsin ma nkunu qatt.
3. Iva, l-għoti bil-ferħa lil Jehovah jferrħu żgur;
Dan isebbaħ tagħlimek w l-imħabba tant tfur.
Kbir tassew hu valuru meta jiġi sew mill-qalb;
Iġibilna ferħ kbir w Alla jismaʼ tagħna t-talb.
4. Mela ’l Alla u ’l Kristu aħna grati għal dal-gost.
Waqt li nqimu b’mod sewwa, ngħixu kif suppost.
Jalla qlubna jqanqluna sabiex nagħtu fis bil-ferħ
U biex nogħġbu ’l Jehovah li se jagħtina s-serħ.