Għanja 35
Il-Mogħdija li Tisboq tal-Imħabba
1. Alla jħobb u jridna nimxu
F’tal-imħabba l-aqwa triq
Billi nħobbu ’l Alla w ’l għajrna
Mhux bil-kliem biss: bit-twettieq.
Anki jekk għandna il-fidi,
Għerf jew ilsna u tbassir,
Xorta waħda jekk bla mħabba
Xejn ma jiswa il-ftaħir.
2. L-inkwiet forsi nissaportu,
Fl-ippridkar nagħmlu ferm ħin,
Biss xi qliegħ se jkun għalina
Jekk il-għan m’huwiex ġenwin?
Ħelwa għandha tkun l-imħabba,
Li tissaporti fit-tul,
Bla ftaħir, bla ġelożija,
Mill-qalb l-att ikun magħmul.
3. L-imħabba qatt m’hija ħarxa,
Bil-ħażin hi ma tifraħx.
Hija twajba u qawwija,
Għax m’hemm xejn li ma tiflaħx.
Fidi, tama w mħabba jkomplu
Hekk kif ’l Alla tqim konvint,
Imma l-iktar mod li jisboq
Hu li mħabba turi int.