Għanja 51
Inferrħu lil Qalb Jehovah
1. Kbir Alla, nwiegħdu li nobduk;
Bix-xogħ’l li tajtna lkoll naqduk,
Biex b’hekk nafu li se nferrħuk
Waqt li flimkien aħna nqimuk.
2. Minn miegħek le ma ninfirdux
Biex lix-Xitan gost ma nagħtux.
F’li nobdu l-Liġi ma nonqsux
U ħlief ġid ’l għajrna ma nagħmlux.
3. “L-irsir” diskret u tant fidil
Jgħallimna ngħixu lkoll fi qbil;
Jitmagħna ikel bnin fil-ħin
Biex lilek nobdu ferħanin.
4. Bl-ispirtu tiegħek qawwi nsir
Biex nibqaʼ naqdi mal-“irsir”
U nagħti lilek it-tifħir
Sabiex lilek inġib ferħ kbir.