Għanja 69
Devozzjoni lejn Alla bil-Kuntentizza
1. Biex Alla jbierek xogħ’lna
U kuntentizza jkollna
Irridu żgur Nagħtuh unur
U Kelmtu wkoll ikollna.
Lejn Alla iddevozzjoni
Hi qliegħ kbir u protezzjoni.
Minn jum għal jum, Kemm ħaj indum,
Irrid inħobb bl-azzjoni.
2. Deċiżi li kuntenti
B’ta’ Alla l-prov’dimenti:
Naqduh flimkien Maʼ kullimkien
U nobdu l-kmandamenti.
Nilqgħu t’Alla l-istedina
Bil-fidi lkoll ġewwa fina;
Waqt li nkantaw, Nikkontemplaw
X’għamel Alla għalina.
3. Lejn Alla tassew grati
Għal dak kollu li jagħti.
Hu ġeneruż, Twajjeb, grazzjuż;
Ma jrid lil ħadd ibati.
Ejjew nagħtu l-attenzjoni
Biex bħala kongregazzjoni
Bil-ferħ ukoll Nuru ilkoll
Lejn Alla devozzjoni.