Għanja 170
“Ħa Jkun Alla Misjub Veru”
1. Il-verità Jehovah jgħid;
Huwa ma jigdeb qatt.
Fuqu nistgħu nistrieħu żgur;
Huwa fidil f’kull att.
Veru jinstab, għalkemm in-nies
Spiss huma giddibin.
Kliemu hu pur u jibqaʼ żgur
Għal dejjem tant ġenwin.
2. Met’ Alla bagħ’t ’l Ibnu lejn l-art
Biex lill-Missier jobdih,
Ġesù imbagħ’d bil-kliem, bl-egħmil,
Kemm All’ hu veru wrieh.
’L Jehovah obda dejjem hu,
Għamel li Alla ried.
Hu kien kuntent b’kull kmandament
U mexxa lill-merħliet.
3. Kliem Alla n-nies waqqgħuh għaċ-ċajt
U l-qerq ippreferew,
Imm’ aħna, bħal Ġesù, ilkoll
Bil-Bibbja nithennew.
Għalina li s-sew nippridkaw
Kelmtu hi verità.
Obdih dlonk int, jekk żgur emmint,
U aqdih b’lealtà.