Għanja 176
Merħba lis-Sultan li Dieħel!
1. Iż-żmien wasal biex merħba kbira lkoll nagħtu
Lil Alla tant kbir li taʼ kollox hu s-Sid.
Għax hu w Ibnu wkoll issa lill-ġnus qed jiġbru
U is-smewwiet qegħdin jidwu b’għanja taʼ gwerra għall-ġid.
Mel’ ‘erfgħu irjuskom, O bwieb’ ferriħija;
Is-Sultan grandjuż żgur li r-rebħa se jsib.
Iż-żmien qorob ferm għal Jehovah tal-qtajja
Biex is-Saltna b’Kristu għal elf sena jġib.
Qawwietu se juri bis-Saltna li ġejja;
Fuq l-art il-ħakma tiegħu testendi bla tiġrib.
2. Il-Mulej Sovran, is-Suprem kbir, Jehovah,
’Il quddiem ġab Saltna li ma tintemm qatt.
Jixraqlu tassew li nagħtuh mill-qalb merħba;
B’hekk jaf is-Sultan li dieħel li niddefenduh fil-att.
Itilgħu ’il fuq, O rixtelli, fil-għoli!
Aħbar tajba nġibu u b’ferħ inkantaw:
‘Jehovah hu qawwi w setgħan fil-battalja.’
Sewwa li nisimgħu w għotjiet jingħataw,
Għax wasal iż-żmien biex hu jbierek lil tiegħu.
Mela lis-Sultan “Merħba!” ejjew nipproklamaw.