Għanja 177
Liema Xorta taʼ Persuni Jmissna Nkunu?
1. Il-jum kbir taʼ Jehovah lkoll fil-qrib qed naraw.
Fih u wkoll f’Ibnu is-Sultan qlubna jittamaw.
Il-lejl d’ġà daħal sew u l-jum hu fil-qrib;
Taʼ Satana id-dinja fi tmiem se jġib.
Għall-bżonn hekk kbir tat-talb ejjew inkunu mqajmin.
Fit-talb hemm bżonn li nistinkaw għax qorob il-ħin.
Lil Alla t-talb isir b’ruħna kollha w mill-qalb
Biex b’hekk niksbu s-sliem li jiġi biss minn Alla bit-talb.
2. Bil-ferħ u s-sliem li għandna żgur in-nies jindunaw.
Spettaklu sirna għall-bnedmin, biex kollha jaraw.
Liema xorta taʼ nies missna nkunu lkoll?
X’inhi l-imġieba tagħna w x’aħna fix-xogħ’l?
B’wiċċna ’l quddiem nħabbru qegħdin tas-Saltna t-twelid
U ngħidu kif fis-sema w l-art kollox se jsir ġdid
U kif fis-sema w l-art it-tjieba tgħammar żgur.
Biex ixandar din l-aħbar taʼ ferħ kulħadd għandu jmur.
3. L-azzjonijiet u l-mod t’għixien tagħna żgur jeħtieġ
Li jkunu fi qbil mal-prinċipji taʼ mingħajr ħmieġ.
Kristu Ġesù ħasilna mill-ħmieġ tad-dnub,
U l-paċi t’Alla w ferħ għandna b’hekk fil-qlub.
Bla tebgħa u bla tiċpis xejn nibqgħu imnaddfin;
Bħala n-nies taʼ Jehovah lkoll ġejna meħlusin.
Jekk nibqgħu tiegħu qrib u nżommuh bħal Ħabib,
Hu se jgħinna żgur u għal dejjem ferħ lilna se jġib.