Għanja 205
Kristu l-Eżempju Tagħna
1. Ħabbna Jehovah wisq, Bit-tjieba kemm ġab riżq,
Meta lil Ibnu bagħ’t fuq l-art.
Mis-sema bħal Ħobż bnin Ġesù ġie għall-bnedmin
Biex ngħixu għal dejjem bla mard.
2. Ġesù uriena t-triq Kif nitolbu ’l-Ħallieq:
‘Jitqaddes ismek bla ma jdum.
Ħa tiġi s-Saltn’ għall-ġid. Ħa jsir dak li int trid.
U ħobżna jkollna taʼ kuljum.’
3. T’Alla il-verità Hu għallem b’fedeltà
U faraġ ġab lill-imnikktin.
Fuq zokk taʼ siġra miet Biex wettaq il-Kelmiet
Taʼ Alla u feda ’l-bnedmin.
4. Jekk napprezzaw xi jsir Bis-sagrifiċċju l-kbir,
Nuru li “ngħaġ” aħna tassew.
Bħalu lkoll f’dawn il-jiem ’L Alla nfaħħru sat-tmiem
U miegħu żgur li nithennew.