Għanja 207
Lil Min Nappartjenu?
1. ’L min tappartjeni int?
Liem’ Alla tobdi trid?
Għax dak li lejh inti se tmil
Hu sidek; Miegħu kun fi qbil.
Żewġ allat ma taqdix;
Żewġ sidien ma jaqsmux
L-imħabba mill-qalb jew tifħir bit-talb
Sewwa dan żgur ma hux.
2. ’L min tappartjeni int?
Liem’ Alla se tobdih?
Għax wieħed falz u l-ieħor pur,
Mel’ għażel int maʼ min se tmur.
Għadu Ċesri illum
Jaħkem lil ħajtek stess?
Inkella jekk int f’Jehovah emmint,
Kompli agħmel progress.
3. ’L min nappartjeni jien?
’L Jehovah nobdi rrid.
Lil dan Alla bilferħ naqdih;
Lilu inwiegħed li nservih.
Hu xtrani bi prezz kbir;
Ma naqdix lill-bnedmin.
Bil-mewt taʼ Ġesù lili ħeles Hu;
Lilu biss naqdi jien.
4. Taʼ Alla aħna lkoll!
M’hemm ebda dubju f’dan.
Il-għaqda illi huwa stqarr
Qegħdin ingawdu, kbar u żgħar.
Bħaż-żejt li tant ifuħ
F’ras il-qassis il-kbir,
Aħna ferħanin, flimkien miġburin,
Lilu nagħtuh tifħir.