Għanja 212
Niżżuk Ħajr, Jehovah
1. Niżżuk ħajr, Jehovah, bil-lejl u bi nhar,
Għaliex inti tajtna id-dawl tant ċar!
Ħajr lilek għall-privileġġ tagħna tat-talb
Biex nistgħu ngħidulek kull bżonn mill-qalb!
2. Niżżuk ħajr, Jehovah, għal Ibnek maħbub
Li b’mewtu ħelisna mill-gwaj tad-dnub.
Ħajr lilek għall-gwida dwar dak li int trid
Biex b’hekk nimxu miegħek flimkien id f’id!
3. Niżżuk ħajr, Jehovah, għal tant aħwa w ħbieb
Li magħhom nissieħbu għax bl-istess ħsieb.
Ħajr lilek għax tajtna l-ispirtu qaddis,
Il-forza attiva li ttaffi l-piż.
4. Niżżuk ħajr, O Alla, għall-ferħ tax-xandir
Dwar l-għan għaqli tiegħek u ismek kbir.
Ħajr lilek għax se ttemm tal-ħżiena il-jiem
Biex ngħixu għal dejjem f’tas-Saltna s-sliem.