Għanja 222
Ibqaʼ Għożż ir-Rigal!
1. Met’ għajnejn għomja lkoll jaraw
U widnejn torox jisimgħu,
Meta f’deżert jitlaʼ il-fjur
U mill-art niexfa l-ilma jfur;
Iz-zopp bħal ċerv jaqbeż bil-ferħ
U mingħajr mewt insibu serħ.
B’dawn il-barkiet sbieħ tkun kommoss
Jekk int ir-rigal tibqaʼ tgħożż.
2. Meta lsien mutu jġib tifħir
U x-xiħ jerġaʼ żagħżugħ isir,
Meta l-art tagħti minn kull frott
U ebda ħażen m’hu ntrodott;
Jinstemaʼ l-kant tat-tfal flimkien
Fost sliem u ferħ maʼ kullimkien;
Lil min jirxoxta miegħek tross
Jekk int ir-rigal tibqaʼ tgħożż.
3. Meta ngħaġ u lpup ħdejn xulxin,
Għoġol u ors flimkien qegħdin,
Tfajjel żgħir ilkoll jiggwid’hom,
Kollha jobduh hekk kif jirgħ’hom;
Bid-dmugħ ma tara żgur lil ħadd
Għax biżaʼ, wġiegħ, ma jkun hemm qatt;
Tara kemm All’ għalina jħoss
Jekk int ir-rigal tibqaʼ tgħożż.