LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 14 pp. 77-79
  • Il-Bibbja u Inti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja u Inti
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Aċċetta l-Għajnuna
  • Applika l-Parir tal-Bibbja
  • Aċċetta l-Awtorità Tagħha
  • Ħadd Ma Hu Perfett
  • Għix skond il-Kelma t’⁠AUa
  • Il-Kelma t’Alla hi Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Żomm Qabda Soda mal-Kelma t’Alla
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Żomm Qabda Soda Fuq il-Kelma t’Alla
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 14 pp. 77-79

Kapitlu 14

Il-Bibbja u Inti

Kritiċi moderni jgħidu li l-Bibbja mhix xjentifika u hi kontradittorja, li hi sempliċement ġabra taʼ ħrejjef. Ġesù, mill-banda l-oħra, qal: “Kelmtek [t’⁠Alla] hi verità.” (Ġwann 17:17) L-evidenza tappoġġja lil Ġesù u mhux lill-kritiċi. Il-fatti juru li l-Bibbja hija storikament vera. Barra minn hekk, l-armonija tal-għaġeb tagħha, il-profeziji veri tagħha, il-għerf profond tagħha, u l-qawwa tagħha għat-tajjeb fil-ħajjiet tan-nies kollha juru li l-Bibbja hija l-Kelma miktuba t’⁠Alla. Bħalma kiteb l-appostlu Pawlu: “L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u taʼ benefiċċju.”−2 Timotew 3:⁠16.

1. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) Il-fatti x’⁠juru dwar il-Bibbja? (b) X’⁠inhuma l-implikazzjonijiet tal-fatt li l-Bibbja hija l-Kelma mnebbħa t’⁠Alla?

IL-FATT li l-Bibbja hija l-kelma t’⁠Alla, mhux tal-bniedem, għandu implikazzjonijiet profondi. Ifisser li Alla tassew ikkomunika mal-bnedmin. Hu wieġeb ħafna mill-mistoqsijiet tagħna u wera s-soluzzjoni għal ħafna mill-problemi tagħna. Ifisser ukoll li l-prospetti għall-futur deskritti fil-Bibbja huma ġenwini. Is-Saltna t’⁠Alla verament qed taħkem u maż-żmien se taġixxi biex twarrab minn fuq din l-art l-inġustizzja kollha, il-moħqrija kollha, u t-tbatija kollha.

2. Il-fatt li taf li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla għandu jqanqlek biex tagħmel liema ħaġa?

2 Issa, il-mistoqsija hi: X’⁠se tagħmel int b’⁠dan it-tagħrif? Għal tal-anqas, il-għarnen li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla għandu jinkuraġġik biex taqraha. Is-salmista wiegħed ferħ għal dawk li jagħmlu hekk meta kiteb: “Hieni hu l-bniedem li ma mexiex fil-parir taʼ dawk mill-agħar . . . imma l-għaxqa tiegħu hi fil-liġi taʼ Jehovah, u fil-liġi tiegħu hu jaqra minn taħt l-ilsien lejl u nhar.”−Salm 1:​1, 2.

Aċċetta l-Għajnuna

3, 4. (a) Bħalma turi l-Bibbja nfisha, x’⁠għandna nagħmlu meta nsibu xi affarijiet fil-Bibbja li ma nifhmuhomx? (b) Min huma dawk li dejjem lesti biex igħinu lin-nies jifhmu l-Bibbja aħjar?

3 X’⁠aktarx li int u taqra l-Bibbja se ssib xi affarijiet li ma tifhimhomx. (2 Pietru 3:16) Ġrajja rrekordjata fil-ktieb Bibliku taʼ Atti turi li wieħed għandu jistennieh dan. Malajr wara l-mewt taʼ Ġesù, wieħed Etjopjan kien qed jaqra mill-profeziji tal-ktieb Bibliku taʼ Isaija. L-evanġelista Kristjan Filippu ltaqaʼ mar-raġel u staqsa: “Taf attwalment x’⁠inti taqra?” L-Etjopjan ma kienx jaf, u għalhekk stieden lil Filippu biex igħinu jifhem. −Atti 8:​30, 31.

4 Waħda mara fl-Istati Uniti kienet f’⁠sitwazzjoni bħal din. Hi kienet qarrejja regulari tal-Bibbja, imma kien hemm ħafna tagħlim importanti tal-Bibbja li ma rnexxilhiex tasal biex tifhmu mill-qari tagħha stess. Kien biss meta kellha xi diskussjonijiet max-Xhieda taʼ Jehovah li tgħallmet dwar veritajiet bażiċi tal-Bibbja, inklużi l-importanza tas-Saltna t’⁠Alla u l-ħafna barkiet li s-Saltna se ġġib lill-umanità. Jekk tistedinhom jagħmlu hekk, ix-Xhieda taʼ Jehovah se jkunu ferħanin li jgħinu lilek ukoll sabiex tkun tistaʼ tifhem aħjar dak li taqra fil-Bibbja.

Applika l-Parir tal-Bibbja

5. Skond il-Bibbja, liema korsa ġġib il-ferħ?

5 Aħna niġu nkuraġġiti mhux biss biex naqraw il-Bibbja imma wkoll biex naġixxu fuq dak li naqraw. (Salm 119:⁠2) Barra minn hekk, il-Bibbja tinkuraġġixxi: “Duqu u araw li Jehovah huwa tajjeb; hieni r-raġel b’⁠saħħtu li jistkenn fih.” (Salm 34:⁠8) Fil-fatt, hi tistedinna biex inġarrbu lil Alla. Ipprova għix skond il-prinċipji t’⁠Alla, billi turi li int tafda f’⁠Alla biex ikun jaf x’⁠inhu l-aħjar għalik. Imbagħad biss int se tara li din verament hija t-triq it-tajba. Dawk li għandhom fiduċja bħal din f’⁠Alla huma tassew henjin.

6. Huwa prattiku li tipprova tgħix fi qbil mal-livelli tal-Bibbja llum? Spjega.

6 Xi wħud isostnu li ħadd ma jistaʼ jgħix mal-prinċipji tal-Bibbja f’⁠din id-dinja diżonesta, immoraii, u vjolenti. Il-verità hi, iżda, li ħafna hekk jagħmlu. Min? Żagħżugħ fl-Afrika sab grupp taʼ nies bħal dawn. Hu kiteb: “Kont qed nosserva fil-ftit snin li għaddew li hawn f’⁠Żimbabwe huwa intom, ix-Xhieda taʼ Jehovah, li qegħdin verament tippruvaw issegwu l-eżempju taʼ Kristu stess . . . Intom l-uniku grupp, s’⁠issa, li rnexxielkom tikkonvinċuni dwar l-imħabba t’⁠Alla u l-qawwa tal-evanġelju Tiegħu, permezz tal-għixien tagħkom u mhux biss permezz taʼ diskorsi u kitbiet. Intom qegħdin tgħixu u tippridkaw l-evanġelju waqt li ħafna, ħafna nies qed jippridkaw l-evanġelju imma m’⁠humiex igħixuh.”

Aċċetta l-Awtorità Tagħha

7. Liema prattiċi komuni ilum huma kontra taʼ dak li tgħid il-Bibbja?

7 L-appostlu Pawlu qal li l-Bibbja hija “ta’ benefiċċju għat-tagħlim, għaċ-ċanfir, biex tiddritta l-affarijiet.” (2 Timotew 3:16) Kultant, madankollu, dak li tgħid il-Bibbja mhux popolari. Per eżempju, il-Bibbja tikkundanna atti omosesswali, imma l-omosesswalità hija meqjusa ma’ kullimkien bħala stil taʼ ħajja aċċettabbli. (Rumani 1:​24-27; 1 Korintin 6:​9-11; 1 Timotew 1:​9-11) Il-Bibbja tgħid ukoll li l-ħajja taʼ tarbija mhix imwielda hija importanti u m’⁠għandhiex tiġi meqruda apposta, imma madwar 50 miljun abort isiru mad-dinja kollha kull sena. (Eżodu 21:​22, 23; Salm 36:9; 139:​14-16; Ġeremija 1:⁠5) X’⁠jiġri jekk aħna personalment insibuha difflċli biex naċċettaw dak li tgħid il-Bibbja fuq kwistjonijiet bħal dawn?

8, 9. Meta aħna għall-ewwel insibuha diffiċli biex naċċettaw xi punt fil-Bibbja, x’⁠għandna niftakru, u l-livelli taʼ min għandna dejjern naċċettaw?

8 Sewwa, il-Kristjani tgħallmu li hija dejjem ħaġa għaqlija li ssegwi l-Kelma t’⁠Alla. Għala? Għaliex eventwalment, li ssegwi dak li tgħid il-Bibbja dejjem ikun l-aħjar għal kulħadd. (Proverbji 2:1-11) Il-fatt hu li l-bnedmin huma limitati ferm safejn huwa kkonċernat il-għerf. Huma rari jistgħu jaraw bil-quddiem il-konsegwenzi finali tal-azzjonijiet tagħhom. Il-profeta Ġeremija stqarr: “Jien naf tajjeb, O Jehovah, li lill-bniedem tal-art il-mogħdija tiegħu ma tappartjenix. Ma jappartjenix lill-bniedem li qed jimxi saħansitra li jidderieġi l-pass tiegħu.”−Ġeremija 10:⁠23.

9 Aħna rridu biss inħarsu madwarna biex naraw li din l-istima hija korretta. Il-biċċa l-kbira tal-problemi li qed jolqtu lid-dinja huma riżultat dirett taʼ li n-nies ma jsegwux il-parir tal-Kelma t’⁠Alla. L-istorja twila kollha nkwiet tal-umanità wriet li l-bnedmin ma jistgħux jiddeċiedu b’⁠suċċess għalihom infushom fi kwistjonijiet morali. Alla huwa b’⁠mod infinit iktar għaqli minna. Għala ma naċċettawx dak li jgħid hu, minflok ma nistrieħu fuq il-għerf tagħna stess?−Proverbji 28:26; Ġeremija 17:⁠9.

Ħadd Ma Hu Perfett

10, 11. (a) Liema fatti dwar kif aħna magħmulin u d-dinja li ngħixu fiha jikkaġunaw problemi meta nippruvaw ngħixu fi qbil mal-livelli tal-Bibbja? (b) Il-Bibbja tinkuraġġina biex infittxu liema xorta taʼ sħubija, u fejn nistgħu nsibu sħubija bħal din?

10 Il-Bibbja tiġbdilna l-attenzjoni lejn aspett ieħor li fih għandna bżonn il-għajnuna. Aħna lkoll għandna tendenza li writna għad-dnub. “L-inklinazzjoni tal-qalb tal-bniedem hija ħażina minn żgħożitu ’⁠l fuq.” (Ġenesi 8:21; Rumani 7:21) Din il-problema hija intensifikata mill-fatt li aħna ngħixu f’⁠dinja li ma ssegwix il-prinċipji tal-Bibbja. Għalhekk, għandna bżonn il-għajnuna mhux biss biex nifhmu l-Bibbja imma wkoll biex nipprattikaw l-affarijiet li nitgħallmu. Dan hu għala l-Bibbja tinkuraġġina biex nassoċjaw ma’ oħrajn li jixtiequ jgħixu skond il-livelli divini. Is-salmista kiteb: “Jien bgħadt il-kongregazzjoni taʼ dawk li jagħmlu l-ħażen, u mal-uħud mill-agħar ma noqgħodx bil-qiegħda. . . . Fost il-qtajja kkongregati jien se nbierek lil Jehovah.” U salm ieħor igħid: “Kemm hu tajjeb u kemm hu taʼ pjaċir għal aħwa li jgħammru flimkien f’⁠unità!”−Salm 26:​5, 12; 133:⁠1.

11 Li jassoċjaw flimkien huwa parti essenzjali mill-qima għax-Xhieda taʼ Jehovah. Għandhom diversi laqgħat kull ġimgħa, kif ukoll konvenzjonijiet minn żmien għal żmien, fejn jistudjaw il-Bibbja flimkien u jiddiskutu kif il-prinċipji tagħha japplikaw fil-ħajjiet tagħhom. Huma jiffurmaw “sħubija taʼ aħwa” mad-dinja kollha li fiha kull wieħed jiġi nkuraġġit u mgħejjun biex iżomm dawn il-livelli għoljin tal-Bibbja. (1 Pietru 2:17) Għala ma tattendix waħda mil-laqgħat tagħhom u tara kif komunità bħal din tistaʼ tgħin lilek ukoll?−Ebrej 10: 24, 25.

Għix skond il-Kelma t’⁠AUa

12. X’⁠barkiet jiġu milli nkunu nafu li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla?

12 B’⁠hekk, li nafu li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla jġib barkiet u responsabbiltajiet. Niġu mberkin għaliex niksbu gwida għall-kondotta taʼ kuljum tagħna li mhix disponibbli x’⁠imkien ieħor. Iktar minn hekk, nitgħallmu dwar l-imħabba t’⁠Alla f’⁠li jipprovdi lil Ibnu stess biex jifdina sabiex jistaʼ jkollna t-tama taʼ ħajja taʼ dejjem. (Ġwann 3:16) Aħna nirrealizzaw li Ġesù qiegħed issa jsaltan bħala Sultan u dalwaqt se jaġixxi biex ineħħi l-ħażen minn fuq l-art. U b’⁠fiduċja nistennew is-“smewwiet ġodda u art ġdida” li Alla nnifsu wiegħed.−2 Pietru 3:⁠13.

13. Liema responsabbiltajiet jiġu fuqna meta naċċettaw il-Bibbja bħala l-Kelma t’⁠Alla?

13 Żomm f’⁠moħħok, iżda, li għandna r-responsabbiltà li nistudjaw il-Bibbja u ndaħħlu f’⁠qalbna dak li tgħid hi. Alla nnifsu jħeġġeġ: “Ibni, il-liġi tiegħi tinsihiex, u l-kmandamenti tiegħi jalla qalbek tosservahom.” (Proverbji 3:⁠1) Saħansitra jekk il-biċċa l-kbira jqisu lill-Bibbja bħala sempliċement il-kelma tal-bniedem, aħna għandna bil-kuraġġ ‘inħallu ’⁠l Alla jinstab veru, għalkemm kull bniedem jinstab giddieb.’ (Rumani 3:⁠4) Ħalli l-għerf t’⁠Alla jiggwida lil ħajtek. “Afda f’⁠Jehovah b’⁠qalbek kollha . . . Fil-mogħdijiet kollha tiegħek agħti kasu.” (Proverbji 3:​5, 6) Li tagħti kas bil-għaqal il-Kelma t’⁠Alla b’⁠dan il-mod se jeffettwa lil ħajtek għat-tajjeb kemm issa u kemm għall-eternità kollha.

[Kumment f’⁠paġna 78]

Għandna mhux biss naqraw il-Bibbja imma wkoll naġixxu fuq dak li naqraw

[Kumment f’⁠aġna 79]

Li ssegwi dak li tgħid il-Bibbja dejjem jaħdem għall-aħjar tagħna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja