LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 4
  • Tqila Imma Mhix Miżżewġa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tqila Imma Mhix Miżżewġa
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Marija—Tqila imma mhix miżżewġa
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Waslet “Għal Konklużjonijiet f’Qalbha”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 4

Kapitlu 4

Tqila Imma Mhix Miżżewġa

MARIJA tinsab fit-​tielet xahar tat-​tqala. Int tiftakar li hi qattgħet l-​ewwel parti tat-​tqala tagħha żżur lil Eliżabetta, imma issa reġgħet lura lejn darha ġewwa Nazzaret. Il-​qagħda tagħha ma ddumx ma ssir magħrufa minn kulħadd f’dik il-​belt. Hi, tabilħaqq, tinsab f’qagħda kerha!

Il-qagħda tagħha hi iktar kerha billi hi għarusa biex tkun mart Ġużeppi l-​mastrudaxxa. U hi taf li, taħt il-​liġi t’Alla lil Iżrael, mara li hi għarusa lil wieħed raġel imma li minn jeddha jkollha x’taqsam maʼ xi raġel ieħor għandha tiġi mħaġġra għall-​mewt. Kif tistaʼ tispjega t-​tqala tagħha lil Ġużeppi?

Peress li Marija ilha nieqsa tliet xhur, nistgħu nkunu ċerti li Ġużeppi jinsab anzjuż biex jaraha. Meta jiltaqgħu, probabbli li Marija tagħtih l-​aħbar. Hi tagħmel minn kollox biex tispjegalu li huwa permezz tal-​ispirtu qaddis t’Alla li hi tinsab tqila. Imma, bħalma tistaʼ timmaġina, din hi ħaġa diffiċli ferm għal Ġużeppi biex jemminha.

Ġużeppi jaf x’reputazzjoni tajba għandha Marija. U milli jidher iħobbha ħafna. Iżda, minkejja dak li qed issostni hi, tassew jidher li kien xi raġel ieħor li għamilha tqila. Xorta waħda, Ġużeppi ma jridx li tiġi mħaġġra għall-​mewt jew imkasbra pubblikament. Mela hu jiddeċiedi li jiddivorzjaha bil-​moħbi. F’dak iż-​żmien, żewġ agħrajjes kienu meqjusin bħala miżżewġin, u kien meħtieġ divorzju biex tintemm il-​għarusija.

Iktar tard, waqt li Ġużeppi għadu jqis dawn l-​affarijiet, tmur għajnu bih. L-​anġlu taʼ Jehovah jidhirlu f’ħolma u jgħidlu: “Tibżax tieħu lil Marija martek id-​dar, għax dak li tnissel fiha hu mill-​ispirtu qaddis. Hi se twelled iben, u int trid issemmih Ġesù, għax hu se jsalva lil niesu minn dnubiethom.”

Meta Ġużeppi jqum, kemm iħossu grat! Bla ma jitlef żmien hu jagħmel bħalma qallu l-​anġlu. Hu jieħu lil Marija d-​dar għandu. Din l-​azzjoni pubblika sservi, fil-​fatt, bħala ċerimonja taż-​żwieġ, billi jkun qed jingħata avviż li Ġużeppi u Marija issa huma miżżewġin uffiċċjalment. Imma Ġużeppi ma jkollux x’jaqsam maʼ Marija sakemm hi għadha tqila b’Ġesù.

Ħares! Marija tinsab tqila sewwa issa, iżda Ġużeppi qed ipoġġiha fuq ħmara. Fejn sejrin, u għala se jagħmlu dan il-​vjaġġ meta Marija kważi waslet biex twelled? Luqa 1:​39-41, 56; Mattew 1:​18-25; Dewteronomju 22:​23, 24.

▪ X’jaħseb Ġużeppi meta jsir jaf li Marija tqila, u għala?

▪ Kif jistaʼ Ġużeppi jiddivorzja lil Marija meta għadhom m’humiex miżżewġin?

▪ Liema azzjoni pubblika sservi bħala ċerimonja taż-​żwieġ bejn Ġużeppi u Marija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja