LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 8
  • Ħarba Minn Tirann

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarba Minn Tirann
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Jaħarbu minn ħakkiem mill-agħar
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġeħova pproteġa lil Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Kien Bniedem li Pproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Ipproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 8

Kapitlu 8

Ħarba Minn Tirann

ĠUŻEPPI jqajjem lil Marija biex jagħtiha aħbar urġenti. Għadu kif deherlu l-​anġlu taʼ Jehovah, igħidlu: “Qum, ħu lit-​tfajjel żgħir u lil ommu u aħrab ġewwa l-​Eġittu, u ibqaʼ hemm sakemm ingħidlek; għax Erodi wasal biex ifittex lit-​tfajjel żgħir biex jeqirdu.”

Malajr, it-​tlieta li huma jagħmlu l-​ħarba tagħhom. U hu tassew f’waqtu għaliex Erodi sar jaf li l-​astroloġi qarrqu bih u telqu mill-​pajjiż. Jekk tiftakar sewwa, huma suppost li kellhom imorru lura għandu meta jkunu sabu lil Ġesù. Erodi jifferoċja. Mela f’attentat biex joqtol lil Ġesù, hu jordna li jinqatlu t-​tfal subien kollha f’Betlehem u fid-​distretti taʼ mad-​dawra li għandhom sentejn jew inqas. Hu jibbaża dan il-​kalkolu tal-​età fuq it-​tagħrif li kiseb iktar qabel mingħand l-​astroloġi li kienu ġew mil-​Lvant.

Il-qtil taʼ dawk it-​trabi subien kollha hu xi ħaġa orribbli biex taraha! Is-​suldati taʼ Erodi jidħlu bil-​forza f’dar wara l-​oħra. U meta jsibu tarbija tifel, jaħtfuh minn dirgħajn ommu. Ma nafux kemm-il tarbija joqtlu, imma l-​biki u l-​ilfiq kbir tal-​ommijiet iwettaq profezija fil-​Bibbja minn Ġeremija, il-​profeta t’Alla.

Sadanittant, Ġużeppi u l-​familja tiegħu waslu qawwijin u sħaħ l-​Eġittu, u issa qed igħixu hemm. Imma lejl wieħed l-​anġlu taʼ Jehovah jerġaʼ jidher lil Ġużeppi f’ħolma. “Qum, ħu lit-​tfajjel żgħir u lil ommu,” igħid l-​anġlu, “u kun fi triqtek ġewwa l-​art taʼ Iżrael, għax dawk li kienu qed ifittxu ruħ it-​tfajjel żgħir huma mejtin.” Mela bi twettieq taʼ profezija oħra tal-​Bibbja li tgħid li l-​Iben t’Alla kellu jissejjaħ ’il barra mill-​Eġittu, il-​familja terġaʼ lura lejn art twelidha.

Milli jidher Ġużeppi bi ħsiebu jmur joqgħod fil-​Ġudea, fejn kienu qed igħixu fil-​belt taʼ Betlehem qabel ħarbu lejn l-​Eġittu. Imma jsir jaf li Arkelaws, l-​iben mill-​agħar taʼ Erodi, huwa issa sultan tal-​Ġudea, u f’ħolma oħra jiġi mwissi minn Jehovah dwar il-​periklu. Mela Ġużeppi u l-​familja tiegħu jivvjaġġaw lejn it-​Tramuntana u jmorru joqogħdu fil-​belt taʼ Nazzaret fil-​Galilija. Hawnhekk f’din il-​komunità, ’il bogħod miċ-​ċentru tal-​ħajja reliġjuża Lhudija, Ġesù jikber. Mattew 2:​13-23; Ġeremija 31:15; Ħosegħa 11:1.

▪ Meta l-​astroloġi ma jerġgħux lura, liema ħaġa terribbli jagħmel is-​Sultan Erodi, imma Ġesù kif jiġi protett?

▪ Meta jiġu lura mill-​Eġittu, Ġużeppi għala ma jeħodhomx joqogħdu f’Betlehem?

▪ Liema profeziji tal-​Bibbja jitwettqu matul dan il-​perijodu taʼ żmien?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja