LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 12
  • Il-Magħmudija taʼ Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Magħmudija taʼ Ġesù
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jitgħammed
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġwanni Jgħammed lil Ġesù
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • It-Tifsira tal-Magħmudija Tiegħek
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • It-Tifsira tal-Magħmudija Tiegħek
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 12

Kapitlu 12

Il-​Magħmudija taʼ Ġesù

MADWAR sitt xhur wara li Ġwanni jibda jippriedka, Ġesù, li issa għandu 30 sena, jiġi s’għandu fil-​Ġordan. Għal liema raġuni? Ġie jagħmel żjara soċjali? Huwa Ġesù sempliċement interessat f’li jara kif inhu sejjer ix-​xogħol taʼ Ġwanni? Le, Ġesù jitlob lil Ġwanni biex igħammdu.

Minnufih Ġwanni joġġezzjona: “Jien hu dak li jeħtieġli li nkun imgħammed minnek, u ġej int għandi?” Ġwanni jaf li kuġinuh Ġesù hu l-​Iben speċjali t’Alla. Fil-​fatt, Ġwanni kien qabeż bil-​ferħ f’ġuf ommu meta Marija, tqila b’Ġesù, żarithom! Żgur li iktar tard omm Ġwanni, Eliżabetta, qaltlu dwar dan. U żgur li qaltlu wkoll dwar kif l-​anġlu kien ħabbar it-​twelid taʼ Ġesù u dwar id-​dehra tal-​anġli lir-​ragħajja fil-​lejl taʼ meta twieled Ġesù.

Mela Ġesù mhux xi stranġier għal Ġwanni. U Ġwanni jaf li l-​magħmudija tiegħu ma kinetx għal Ġesù. Hi għal dawk li jindmu minn dnubiethom, imma Ġesù hu mingħajr dnub. Iżda, minkejja l-​oġġezzjoni taʼ Ġwanni, Ġesù jinsisti: “Ħalli jkun, din id-​darba, għax b’dak il-​mod hu xieraq għalina li nwettqu dak kollu li hu twajjeb.”

Għala hu sewwa li Ġesù jitgħammed? Għaliex il-​magħmudija taʼ Ġesù hija simbolu, mhux tal-​indiema mid-​dnubiet, imma taʼ li hu qiegħed jippreżenta ruħu biex jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru. Ġesù kien mastrudaxxa, imma issa wasal iż-​żmien għalih biex jibda l-​ministeru li Alla Jehovah kien bagħtu lejn l-​art biex iwettaq. Taħseb li Ġwanni jistenna li tiġri xi ħaġa mhix tas-​soltu malli hu jgħammed lil Ġesù?

Sewwa, Ġwanni iktar tard jirrapporta: “Dak stess li bagħatni biex ingħammed fl-​ilma qalli, ‘Hu min hu li fuqu tara l-​ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu dak li jgħammed bl-​ispirtu qaddis.’” Mela Ġwanni qed jistenna li l-​ispirtu t’Alla jinżel fuq xi ħadd imgħammed minnu. Forsi, għalhekk, ma tantx jinħasad meta, hekk kif Ġesù jitlaʼ mill-​ilma, Ġwanni jara “bħal ħamiema l-​ispirtu t’Alla ġej fuqu.”

Imma jiġri iktar minn hekk waqt li Ġesù jitgħammed. ‘Is-​smewwiet jinfetħu’ għalih. Dan x’ifisser? Milli jidher dan ifisser li waqt li qiegħed jitgħammed, il-​memorja mill-​ħajja tiegħu fis-​sema qabel sar bniedem terġaʼ lura għandu. B’hekk, Ġesù issa jiftakar għalkollox il-​ħajja tiegħu bħala iben spirtu taʼ Alla Jehovah, inklużi l-​affarijiet kollha li qallu Alla fis-​sema matul l-​eżistenza tiegħu qabel sar bniedem.

Biex iżid maʼ dan, fil-​ħin tal-​magħmudija tiegħu, leħen mis-​sema jipproklama: “Dan hu ibni, il-​maħbub, li lilu jien approvajt.” Dak hu leħen min? Leħen Ġesù? Dażgur li le! Hu leħen Alla. Jidher ċar li Ġesù hu l-​Iben t’Alla, mhux Alla nnifsu, kif isostnu xi wħud.

Madankollu, Ġesù huwa iben uman t’Alla, saħansitra bħalma kien l-​ewwel bniedem, Adam. Id-​dixxiplu Luqa, wara li jiddeskrivi l-​magħmudija taʼ Ġesù, jikteb: “Ġesù nnifsu, meta beda x-​xogħol tiegħu, kellu madwar tletin sena, billi kien l-​iben, bħalma kienet l-​opinjoni, taʼ Ġużeppi, bin Għeli, . . . bin David, . . . bin Abraham, . . . bin Noè, . . . bin Adam, bin Alla.”

Bħalma Adam kien “bin Alla” uman, hekk hu Ġesù. Ġesù huwa l-​aqwa bniedem li qatt għex, u dan jidher ċar meta neżaminaw il-​ħajja taʼ Ġesù. Madankollu, mal-​magħmudija tiegħu, Ġesù jidħol f’relazzjoni ġdida maʼ Alla, billi jsir ukoll iben spiritwali t’Alla. Alla issa jsejjaħlu lura lejn is-​sema, bħal li kieku, billi jibdieh fuq korsa li se twasslu biex jagħti l-​ħajja umana tiegħu għal dejjem f’sagrifiċċju għall-​bnedmin ikkundannati. Mattew 3:13-17; Luqa 3:21-38; 1:​34-36, 44; 2:​10-14; Ġwann 1:​32-34; Ebrej 10:​5-9.

▪ Ġesù għala mhux xi stranġier għal Ġwanni?

▪ Ladarba qatt ma għamel dnubiet, Ġesù għala jitgħammed?

▪ Meta nqisu dak li Ġwanni jaf dwar Ġesù, għala forsi ma jinħasadx meta l-​ispirtu t’Alla jinżel fuq Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja