LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 25
  • Mogħdrija Għal Wieħed Imġiddem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mogħdrija Għal Wieħed Imġiddem
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • B’mogħdrija jfejjaq lil raġel bil-ġdiem
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • ‘Nagħrfu l-imħabba ta’ Kristu’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Int Tiftakar Tgħid Grazzi?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Hu ħabb lin-nies
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 25

Kapitlu 25

Mogħdrija Għal Wieħed Imġiddem

META Ġesù u l-​erbaʼ dixxipli tiegħu jżuru l-​ilbliet tal-​Galilija, l-​aħbar tajba dwar l-​affarijiet tal-​għaġeb li qiegħed jagħmel tiġri mad-​distrett kollu. Tagħrif dwar l-​egħmejjel tiegħu jasal sa waħda mill-​ibliet fejn hemm raġel marid bil-​ġdiem. It-​tabib Luqa jiddeskrivih bħala “mimli ġdiem.” Fl-​istadju avanzat tagħha, din il-​marda terribbli bil-​mod il-​mod tisfigura lil diversi partijiet tal-​ġisem. Għalhekk dan l-​imġiddem jinsab f’qagħda msejkna.

Meta Ġesù jasal fil-​belt, l-​imġiddem jersaq lejh. Skond il-​Liġi t’Alla, wieħed imġiddem għandu jgħajjat bi twissija, “Mhux nadif, mhux nadif!” biex jipproteġi lil oħrajn milli jersqu qrib wisq lejh u jissograw li jittieħdu. L-​imġiddem issa jaqaʼ għal wiċċu u jittallab lil Ġesù: “Mulej, jekk int biss trid, int tistaʼ tnaddafni.”

X’fidi għandu dan ir-​raġel f’Ġesù! Iżda, kemm tagħmlu jidher imsejken il-​marda li għandu! X’se jagħmel Ġesù? X’kont tagħmel kieku int? Imqanqal mill-​mogħdrija, Ġesù joħroġ idu ’l barra u jmiss lir-​raġel, waqt li jgħidlu: “Irrid. Intgħamel nadif.” U minnufih il-​ġdiem igħib minn fuqu.

Tixtieq int li jkollok lil xi ħadd li jagħder daqs dan bħala s-​sultan tiegħek? Il-​mod kif Ġesù jaġixxi maʼ dan l-​imġiddem jagħtina fiduċja li, matul il-​ħakma tas-​Saltna Tiegħu, se titwettaq il-​profezija tal-​Bibbja: “Hu se jitħassar lill-​imsejken u lill-​fqir, u lill-​erwieħ tal-​foqra hu se jsalvahom.” Iva, Ġesù sejjer imbagħad iwettaq ix-​xewqa taʼ qalbu li jgħin lill-​milqutin kollha.

Saħansitra minn qabel ma fejjaq lill-​imġiddem, il-​ministeru taʼ Ġesù ħoloq eċċitament kbir fost in-​nies. Bi twettieq tal-​profezija taʼ Isaija, Ġesù issa jordna lir-​raġel imfejjaq: “Ara li ma tgħid xejn lil ħadd.” Imbagħad igħidlu x’għandu jagħmel: “Mur uri lilek innifsek lill-​qassis u offri għat-​tindif tiegħek l-​affarijiet li ordna Mosè, b’xiehda għalihom.”

Imma r-​raġel tant hu ferħan li ma jistax iżomm il-​miraklu għalih. Hu jitlaq u jibda jxerred l-​aħbar maʼ kullimkien, u mid-​dehra tant iqajjem interess u kurżità fost in-​nies li Ġesù lanqas jistaʼ jidħol f’belt fil-​beraħ. B’hekk, Ġesù joqgħod f’postijiet imwarrbin fejn ma jgħix ħadd, u nies minn kullimkien jiġu biex jisimgħuh u jitfejqu mill-​mard tagħhom. Luqa 5:12-16; Mark 1:​40-45; Mattew 8:​2-4; Levitiku 13:45; 14:​10-13; Salm 72:13; Isaija 42:​1, 2.

▪ X’effett jistaʼ jkollu l-​ġdiem, u liema twissija kellu jagħti wieħed imġiddem?

▪ Wieħed imġiddem kif jappella lil Ġesù, u x’nistgħu nitgħallmu minn kif wieġeb Ġesù?

▪ Ir-​raġel imfejjaq kif jonqos li jobdi lil Ġesù, u x’inhuma l-​konsegwenzi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja