LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 44
  • Isikket Tempesta Li Twerwer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Isikket Tempesta Li Twerwer
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jsikket tempesta fuq il-baħar
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jistaʼ Jipproteġina
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jimxi fuq l-ilma
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Nawfraġju fuq Gżira
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 44

Kapitlu 44

Isikket Tempesta Li Twerwer

IL-​JUM għal Ġesù kien mimli attività, inkluż it-​tagħlim lill-​folol ħdejn ix-​xtajta u t-​tifsira tat-​tixbihat wara lid-​dixxipli tiegħu privatament. Meta jasal fil-​għaxija, hu jgħid: “Ejjew naqsmu lejn ix-​xatt l-​ieħor.”

In-naħa l-​oħra lejn ix-​xatt fil-​Lvant tal-​Baħar tal-​Galilija hemm ir-​reġjun imsejjaħ id-​Dekapolis, mill-​kelma Griega deʹka, li tfisser “għaxra,” u poʹlis, li tfisser “belt.” L-​ibliet tad-​Dekapolis huma ċentru taʼ kultura Griega, għalkemm bla dubju hemm joqogħdu wkoll ħafna Lhud. L-​attività taʼ Ġesù fir-​reġjun, madankollu, hi limitata ferm. Saħansitra f’din iż-​żjara, kif se naraw iktar tard, hu ma jitħalliex joqgħod fit-​tul.

Meta Ġesù jgħidilhom biex jitilqu lejn ix-​xatt l-​ieħor, id-​dixxipli jeħduh fid-​dgħajsa. It-​tluq tagħhom, madankollu, ma jsirx bla ma ħadd jinduna bih. Malajr ikun hemm oħrajn li jirkbu d-​dgħajjes tagħhom biex jakkumpanjawhom. Il-​vjaġġ mhux twil ħafna. Attwalment, il-​Baħar tal-​Galilija huwa biss għadira kbira li hi twila madwar 13-il mil u wiesgħa mhux iktar min 7 mili u nofs.

Wieħed jistaʼ jifhem li Ġesù jinsab għajjien. Mela, ftit wara li jsalpaw, hu jimtedd fuq il-​wara tad-​dgħajsa, ipoġġi rasu fuq imħadda, u jorqod fil-​fond. Bosta mill-​appostli huma baħrin taʼ esperjenza, billi spiss kienu joħorġu għas-​sajd fil-​Baħar tal-​Galilija. Mela jieħdu ħsieb huma biex isuqu d-​dgħajsa.

Imma dan ma kellux ikun vjaġġ faċli. Minħabba t-​temperatura sħuna fuq wiċċ il-​għadira, li hi madwar 700 pied ’l isfel mil-​livell tal-​baħar, u l-​arja iktar kiesħa mill-​muntanji fil-​qrib, kultant jinżlu rjieħ qawwija u joħolqu rwiefen vjolenti fuq il-​għadira. Dan hu li jiġri issa. Il-​mewġ malajr jibda jaħbat mad-​dgħajsa u jibda dieħel l-​ilma, tant li jkunu kważi se jegħrqu. Iżda Ġesù jibqaʼ rieqed!

Il-baħħara taʼ esperjenza jaħdmu bla nifs biex imexxu d-​dgħajsa. Huma żgur li kienu mmanuvraw f’tempesti qabel. Imma din id-​darba jibqgħu bla saħħa. Billi qed jibżgħu li jmutu, iqajmu lil Ġesù. ‘Imgħallem, int ma jimpurtakx? Qegħdin negħrqu!’ jesklamaw. ‘Salvana għax se jiblagħna l-​baħar!’

Malli jqum, Ġesù jikkmanda lir-​riħ u lill-​baħar: ‘Isktu! Oqogħdu kwieti!’ U r-​riefnu jieqaf u l-​baħar jikkalma. Billi jdur lejn id-​dixxipli tiegħu, hu jistaqsi: ‘Għala qegħdin tibżgħu? Għad ma għandkom l-​ebda fidi?’

Wara dan, biżaʼ mhux tas-​soltu jaħkem lid-​dixxipli. ‘Min tassew hu dan ir-​raġel?’ jistaqsu wieħed lill-​ieħor, ‘għax hu saħansitra jordna lill-​irjieħ u lill-​ilma, u dawn jobduh.’

X’qawwa juri Ġesù! Kemm iqawwilna qalbna li nafu li s-​Sultan tagħna għandu poter saħansitra fuq l-​elementi naturali u li meta l-​attenzjoni sħiħa tiegħu tiġi diretta lejn l-​art tagħna matul il-​ħakma tas-​Saltna tiegħu, in-​nies kollha se jgħammru fis-​sigurtà mingħajr ebda gwaj naturali li jwerwer!

Ftit ħin wara li tbatti t-​tempesta, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu jaslu qawwijin u sħaħ lejn ix-​xatt tal-​Lvant. X’aktarx li d-​dgħajjes l-​oħra skansaw l-​agħar tat-​tempesta u reġgħu lura minn fejn telqu. Mark 4:​35–5:1; Mattew 8:18, 23-27; Luqa 8:​22-26.

▪ X’inhu d-​Dekapolis, u fejn jinsab?

▪ Liema fatturi fiżiċi huma responsabbli għal tempesti vjolenti fuq il-​Baħar tal-​Galilija?

▪ Meta l-​abbiltajiet tagħhom fit-​tbaħħir ma jsalvawhomx, x’jagħmlu d-​dixxipli?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja