LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 53
  • Ħakkiem Superuman li Nixtiquh

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħakkiem Superuman li Nixtiquh
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Mexxej li jistaʼ jikkontrolla l-elementi
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jistaʼ Jipproteġina
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jimxi fuq l-ilma
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Nawfraġju fuq Gżira
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 53

Kapitlu 53

Ħakkiem Superuman li Nixtiquh

META Ġesù jitmaʼ lill-​eluf b’mod mirakoluż, in-​nies jibqgħu mgħaġġbin. “Dan ċertament li hu l-​profeta li kellu jiġi fid-​dinja,” jgħidu huma. Huma jikkonkludu mhux biss li Ġesù bil-​fors li hu dak il-​profeta akbar minn Mosè imma wkoll li hu kieku jkun ħakkiem taʼ min jixtiequ ferm. Mela huma jippjanaw biex jaħtfuh u jagħmluh sultan.

Ġesù, madankollu, jaf x’inhuma jippjanaw in-​nies. Mela hu jitlaq malajr biex jevita li jiġi magħżul minnhom bil-​forza. Hu jibgħat lill-​folol u jġiegħel lid-​dixxipli tiegħu jitilgħu fid-​dgħajsa tagħhom u jmorru lura lejn Kapernahum. Hu mbagħad jirtira fuq il-​muntanja biex jitlob. Dak il-​lejl Ġesù qiegħed hemm waħdu għalkollox.

Ftit qabel ma jisbaħ Ġesù jittawwal mill-​post fil-​għoli u vantaġġuż tiegħu u josserva l-​mewġ imbuttat fuq il-​baħar minn riħ qawwi. Fid-​dawl taʼ kważi qamar kwinta, peress li qegħdin viċin il-​festa tal-​Qbiż, Ġesù jara d-​dgħajsa bid-​dixxipli tiegħu jitqabdu biex ifendu kontra l-​mewġ. L-​irġiel qed jaqdfu bil-​qawwa kollha tagħhom.

Meta jara dan, Ġesù jinżel minn fuq il-​muntanja u jibda jimxi lejn id-​dgħajsa billi jgħaddi minn fuq il-​mewġ. Id-​dgħajsa tkun ħarġet ’il barra madwar tliet mili jew erbgħa meta Ġesù jasal ħdejha. Madankollu, hu jibqaʼ sejjer bħal li kieku se jibqaʼ għaddej. Meta d-​dixxipli jarawh, huma jgħajtu: “Din xi dehra!”

Ġesù jwieġeb b’mod taʼ faraġ: “Huwa jien; tibżgħux.”

Imma Pietru jgħid: “Mulej, jekk inhu int, ikkmandani biex niġi għandek fuq l-​ilmijiet.”

“Ejja!” jwieġeb Ġesù.

Minnufih, Pietru jinżel minn fuq id-​dgħajsa u jimxi fuq l-​ilmijiet lejn Ġesù. Imma meta jħares lejn it-​tempesta, Pietru jsir beżgħan, u waqt li jibda jegħreq, hu jgħajjat: “Mulej salvani!”

Billi jmidd idu minnufih, Ġesù jaqbdu u jgħid: “Int taʼ fidi żgħira, għala bdejt tiddubita?”

Wara li Pietru u Ġesù jitilgħu lura fid-​dgħajsa, ir-​riħ jieqaf, u d-​dixxipli jibqgħu mbellhin. Imma għandhom jibqgħu mbellhin? Jekk kienu fehmu “it-​tifsira tal-​ħobżiet” billi apprezzaw il-​miraklu kbir li Ġesù wettaq ftit sigħat qabel meta tamaʼ eluf b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet żgħar biss, allura ma kellhomx għalfejn jibqgħu daqshekk imbellhin li hu setaʼ jimxi fuq l-​ilma u jġiegħel lir-​riħ ibatti. Issa, madankollu, id-​dixxipli jagħmlu sinjal taʼ qima lejn Ġesù u jgħidu: “Int tabilħaqq l-​Iben t’Alla.”

Fi żmien qasir, huma jaslu Ġenneżaret, pjanura sabiħa mimlija frott li tinsab ħdejn Kapernahum. Hemmhekk huma jankraw id-​dgħajsa. Imma meta jinżlu l-​art, xi nies jagħrfu lil Ġesù u jmorru ġewwa l-​kampanja taʼ madwar dawk l-​inħawi, isibu lil dawk li huma morda. Meta dawn jinġiebu fuq is-​sodod tagħhom u sempliċement imissu t-​tarf tal-​libsa taʼ fuq taʼ Ġesù, huma jiġu mfejqin għalkollox.

Sadanittant, il-​folla li raw b’għajnejhom it-​tmigħ mirakoluż tal-​eluf jiskopru li Ġesù telaq. Mela meta jaslu xi dgħajjes żgħar minn Tiberjas, huma jitilgħu fuq dawn u jbaħħru lejn Kapernahum biex ifittxu lil Ġesù. Meta jsibuh, jistaqsu: “Rabbi, meta ġejt hawnhekk?” Ġesù jċanfarhom kif se naraw dalwaqt. Ġwann 6:​14-25; Mattew 14:​22-36; Mark 6:​45-56.

▪ Wara li Ġesù jitmaʼ b’mod mirakoluż lill-​eluf, in-​nies x’iridu jagħmlulu?

▪ Ġesù x’jara minn fuq il-​muntanja li fuqha rtira, u mbagħad x’jagħmel?

▪ Id-​dixxipli għala m’għandhomx għalfejn ikunu daqshekk imbellhin?

▪ X’jiġri wara li huma jinżlu l-​art?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja