LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 59
  • Min Tassew Hu Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Tassew Hu Ġesù?
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Min hu Bin il-bniedem?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Kien Leali Minkejja l-Provi
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • X’inhuma “l-​imfietaħ tas-​Saltna”?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 59

Kapitlu 59

Min Tassew Hu Ġesù?

META d-​dgħajsa li qiegħda ġġorr lil Ġesù u lid-​dixxipli tiegħu tidħol f’Betsajda, in-​nies iġibulu raġel agħma u jitolbuh biex imiss lir-​raġel u jfejqu. Ġesù jaqbad lir-​raġel minn idu u joħorġu ’l barra mir-​raħal u, wara li jobżoq fuq għajnejh, jistaqsi: “Qed tara xi ħaġa?”

“Qed nara xi rġiel,” iwieġeb ir-​raġel, “għaliex nosserva lil dawk li donnhom siġar, imma qed jimxu ’l hawn u ’l hinn.” Billi jpoġġi jdejh fuq għajnejn ir-​raġel, Ġesù jagħtih lura l-​vista tiegħu biex b’hekk hu jara ċar. Ġesù mbagħad jibgħat lir-​raġel id-​dar u jgħidlu biex ma jidħolx ġewwa l-​belt.

Ġesù issa jitlaq mad-​dixxipli tiegħu lejn l-​irħula taʼ Ċesarija Filippi, fit-​Tramuntana estrema tal-​Palestina. Hija telgħa twila, taʼ xi 30 mil, lejn il-​post sabiħ taʼ Ċesarija Filippi, xi 1,150 pied ’il fuq mil-​livell tal-​baħar. Il-​vjaġġ x’aktarx li jieħu jumejn.

Huma u sejrin, Ġesù jitlaq għalih waħdu biex jitlob. Baqaʼ biss xi disaʼ jew għaxar xhur qabel il-​mewt tiegħu, u hu mħasseb dwar id-​dixxipli tiegħu. Ħafna minnhom diġà m’għadhomx isegwuh. Oħrajn huma mid-​dehra mħawdin u ddiżappuntati għaliex hu ma aċċettax l-​isforzi tan-​nies biex jagħmluh sultan u għaliex hu, meta ġie sfidat mill-​egħdewwa tiegħu, ma pprovdiex sinjal mis-​sema biex jagħti prova tal-​istat taʼ sultan tiegħu. L-​appostli tiegħu x’jemmnu dwar l-​identità tiegħu? Meta huma jiġu fil-​post fejn hu qiegħed jitlob, Ġesù jistaqsi: “Il-​folol min qed igħidu li jien?”

“Xi wħud igħidu Ġwanni l-​Battista,” iwieġbu huma, “oħrajn Elija, jerġaʼ oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-​profeti.” Iva, in-​nies jaħsbu li Ġesù huwa wieħed minn dawn l-​irġiel imqajjem mill-​mewt!

“Intom, iżda, min tgħidu li jien?” jistaqsi Ġesù.

Pietru malajr iwieġeb: “Int il-​Kristu, l-​Iben t’Alla l-​ħaj.”

Wara li jesprimi approvazzjoni għat-​tweġiba taʼ Pietru, Ġesù jgħid: “Jiena ngħidlek, Inti Pietru, u fuq din il-​blata jien se nibni l-​kongregazzjoni tiegħi, u r-​rixtelli taʼ Ħades mhux se jegħilbuha.” Hawnhekk Ġesù jħabbar għall-​ewwel darba li hu se jibni kongregazzjoni u li saħansitra l-​mewt mhix se żżomm lill-​membri tal-​kongregazzjoni rsiera wara l-​korsa lejali tagħhom fuq l-​art. Imbagħad hu jgħid lil Pietru: “Jien se nagħtik l-​​imfietaħ tas-​saltna tas-​smewwiet.”

Ġesù b’hekk jirrivela li Pietru għandu jirċievi privileġġi speċjali. Le, Pietru m’huwiex mogħti l-​ewwel post fost l-​appostli, lanqas ma hu magħmul il-​pedament tal-​kongregazzjoni. Ġesù nnifsu huwa l-​Blata li fuqha se tiġi mibnija l-​kongregazzjoni tiegħu. Imma Pietru għandu jingħata tlett imfietaħ li bihom irid jiftaħ, bħal li kieku, l-​opportunità għal gruppi taʼ nies biex jidħlu fis-​Saltna tas-​smewwiet.

Pietru kellu juża l-​ewwel muftieħ nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K. biex juri lil-​Lhud li jindmu x’iridu jagħmlu biex jiġu salvati. Hu kellu juża t-​tieni wieħed ftit wara biex jiftaħ għal Samaritani li jemmnu l-​opportunità biex jidħlu fis-​Saltna t’Alla. Imbagħad, fis-​sena 36 E.K. kellu juża t-​tielet muftieħ biex jiftaħ l-​istess opportunità għall-​Ġentili mhux ċirkonċiżi, Kornelju u l-​ħbieb tiegħu.

Ġesù jkompli d-​diskussjoni tiegħu mal-​appostli tiegħu. Hu jiddiżappuntahom billi jgħidilhom dwar it-​tbatijiet u l-​mewt li hu dalwaqt se jiffaċċja f’Ġerusalemm. Billi ma jifhimx li Ġesù se jiġi rxoxtat għall-​ħajja fis-​sema, Pietru jieħu lil Ġesù fil-​ġenb. “Kun qalbek tajba miegħek innifsek, Mulej,” hu jgħid. “Int lanqas xejn ma se jkollok dan id-​destin.” Billi jagħtih dahru, Ġesù jwieġeb: “Għaddi warajja, Satana! Int blokka taʼ gambetta għalija, għaliex int taħseb, mhux il-​ħsibijiet t’Alla, imma dawk tal-​bnedmin.”

B’mod evidenti, hemm oħrajn barra l-​appostli li qed jivvjaġġaw maʼ Ġesù, u għalhekk hu issa jsejħilhom biex jispjega li mhix se tkun ħaġa faċli li wieħed ikun segwaċi tiegħu. “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja,” hu jgħid, “ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu u jsegwini kontinwament. Għax kulmin irid isalva ruħu se jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija u l-​aħbar tajba se jsalvaha.”

Iva, jekk iridu juru li huma denji tal-​favur tiegħu, is-​segwaċi taʼ Ġesù jridu jkunu kuraġġużi u jissagrifikaw lilhom infushom. Hu jgħidilhom: “Għax kulmin isir jistħi minħabba fija u fi kliemi f’din il-​ġenerazzjoni adulteruża u midinba, Bin il-​bniedem ukoll se jkun jistħi minħabba fih meta hu jasal fil-​​glorja taʼ Missieru mal-​​anġli qaddisa.” Mark 8:​22-38; Mattew 16:​13-28; Luqa 9:​18-27.

▪ Ġesù għala huwa mħasseb dwar id-​dixxipli tiegħu?

▪ In-​nies x’opinjonijiet għandhom dwar dik li hi identità taʼ Ġesù?

▪ Liema mfietaħ huma mogħtijin lil Pietru, u kif għandhom jintużaw?

▪ Liema korrezzjoni jirċievi Pietru, u għala?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja