LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 79
  • Ġens Mitluf, Imma Mhux Kollu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġens Mitluf, Imma Mhux Kollu
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Għala l-Lhud li ma jemmnux se jinqerdu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Kull Wieħed Jinsab taħt is-Siġra tat-Tin Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Juża siġra tat-tin biex jgħallem lezzjoni dwar il-fidi
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jfejjaq lill-Morda
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 79

Kapitlu 79

Ġens Mitluf, Imma Mhux Kollu

FTIT wara li Ġesù ddiskuta maʼ dawk li kienu nġabru barra d-​dar taʼ wieħed Fariżew, ċerti wħud igħidulu “dwar il-​Galilej li d-​demm tagħhom [il-gvernatur Ruman Ponzju] Pilatu kien ħalltu mas-​sagrifiċċji tagħhom.” Dawn il-​Galilej huma forsi dawk li kienu maqtulin meta eluf taʼ Lhud ipprotestaw kontra l-​fatt li Pilatu uża xi flus mit-​teżor tat-​tempju biex jibni akkwidott biex iġib l-​ilma ġo Ġerusalemm. Dawk li qed jirrakkontaw din il-​kwistjoni lil Ġesù jistgħu qed jissuġġerixxu li l-​Galilej batew dan il-​gwaj minħabba fl-​egħmejjel mill-​agħar tagħhom stess.

Ġesù, madankollu, jikkorreġihom, billi jistaqsi: “Timmaġinaw intom li dawn il-​Galilej ġew ippruvati li huma midinbin agħar mill-​Galilej l-​oħra kollha għaliex sofrew dawn l-​affarijiet? Le, tabilħaqq,” iwieġeb Ġesù. Imbagħad hu juża l-​inċident biex iwissi lil-​Lhud; “Jekk ma tindmux, intom ilkoll b’mod simili se tinqerdu.”

Billi jkompli, Ġesù jfakkar traġedja lokali oħra, forsi assoċjata wkoll mal-​bini tal-​akkwidott. Hu jistaqsi: “Jew dawk it-​tmintax li fuqhom waqaʼ t-​torri f’Silogħam, u b’hekk qatilhom, timmaġinaw intom li huma ġew ippruvati li kienu midjunin akbar mill-​bnedmin l-​oħra kollha li jabitaw f’Ġerusalemm?” Le, ma kienx minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​persuni li huma mietu, igħid Ġesù. Minflok, “iż-​żmien u l-​ġrajja mhix mistennija” huma ġeneralment responsabbli għal traġedji bħal dawn. Ġesù, madankollu, għal darb’oħra juża l-​okkażjoni biex iwissi: “Imma, jekk ma tindmux, intom ilkoll se tinqerdu bl-​istess mod.”

Ġesù mbagħad jissokta jagħti tixbieha li tixraq, billi jispjega: “Ċertu raġel kellu siġra tat-​tin imħawla fil-​għalqa tad-​dwieli tiegħu, u ġie jfittex il-​frott fuqha, imma ma sab xejn. Imbagħad hu qal lil dak li kien jieħu ħsieb id-​dwieli, ‘Ili tliet snin niġi hawn infittex il-​frott fuq din is-​siġra tat-​tin, imma ma sibt xejn. Qaċċatha! Għala tassew għandha żżomm l-​art ma tiswa għalxejn?’ Bi tweġiba hu qallu, ‘Mgħallem, ħalliha waħedha wkoll din is-​sena, sakemm inħaffer madwarha u nitfaʼ d-​demel; u jekk imbagħad tipproduċi l-​frott fil-​futur, sewwa u tajjeb; imma jekk le, int se tqaċċatha.’”

Ġesù ipprova għal iktar minn tliet snin jikkultiva l-​fidi fost il-​ġens Lhudi. Imma l-​frott tax-​xogħol tiegħu kien igħodd biss xi ftit mijiet taʼ dixxipli. Issa, matul din ir-​rabaʼ sena tal-​ministeru tiegħu, hu qed iżid l-​isforzi tiegħu, billi b’mod simboliku jħaffer u jitfaʼ d-​demel madwar is-​siġra tat-​tin Lhudija billi jippriedka u jgħallem b’mod żeluż fil-​Ġudea u fil-​Perea. Imma kollu għalxejn! Il-​ġens ma jindimx u għalhekk huwa lest għall-​qerda. Fdal biss mill-​ġens iwieġbu.

Ftit wara dan, Ġesù qed igħallem f’sinagoga f’jum is-​Sibt. Hemmhekk hu jara mara li, minħabba li kellha demonju jaħqarha, ilha milwija tnejn għal 18-il sena. Bi ħniena, Ġesù jindirizzaha: “Mara, inti meħlusa mid-​djufija tiegħek.” Minnufih hu jpoġġi jdejh fuqha, u mill-​ewwel hi tiddritta u tibda tigglorifika lil Alla.

L-uffiċjal li jippresiedi tas-​sinagoga, madankollu, huwa rrabjat. “Hemm sitt ijiem li fihom ix-​xogħol għandu jsir,” hu jipprotesta. “Fihom, għalhekk, ejjew u tfejqu, u mhux f’jum is-​sibt.” L-​uffiċjal b’hekk jirrikonoxxi l-​qawwa taʼ Ġesù biex ifejjaq imma jikkundanna lin-​nies talli jiġu biex jitfejqu f’jum is-​Sibt!

“Ipokriti,” jwieġeb Ġesù, “ma jħollx kull wieħed minnkom f’jum is-​sibt il-​barri tiegħu jew il-​ħmar tiegħu mill-​istalla u jmexxih ’il hemm biex jagħtih jixrob? Ma wasalx iż-​żmien, allura, għal din il-​mara li hi bint Abraham, u li lilha Satana żammha marbuta, ħares! tmintax-il sena, biex tiġi maħlula minn dan l-​irbit nhar jum is-​sibt?”

Sewwa, malli jisimgħu dan, dawk li qed jopponu lil Ġesù jibdew jistħu. Il-​folla, madankollu, tifraħ bl-​affarijiet glorjużi kollha li jaraw lil Ġesù jagħmel. Bi tweġiba Ġesù jirrepeti żewġ tixbihat profetiċi rigward is-​Saltna t’Alla, tixbihat li hu rrakkonta minn fuq dgħajsa fil-​Baħar tal-​Galilija xi sena qabel. Luqa 13:​1-21; Ekkleżjasti 9:11; Mattew 13:​31-33.

▪ Liema traġedji huma msemmija hawnhekk, u Ġesù x’lezzjoni jiġbed minnhom?

▪ X’applikazzjoni tistaʼ ssir rigward is-​siġra tat-​tin li ma tagħmilx frott, kif ukoll l-​attentati biex jagħmluha produttiva?

▪ L-​uffiċjal li jippresiedi kif jirrikonoxxi l-​ħila taʼ Ġesù f’li jfejjaq lin-​nies, iżda Ġesù kif jikxef l-​ipokrezija tar-​raġel?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja