LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 100
  • It-Tixbieha tal-Miniet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tixbieha tal-Miniet
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • It-tixbiha tiegħu tal-għaxar miniet
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tgħallem mit-tixbiha tal-għaxar miniet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Lezzjoni dwar id-diliġenza—It-talenti
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 100

Kapitlu 100

It-​Tixbieha tal-​Miniet

ĠESÙ forsi għadu fid-​dar taʼ Żakkew, fejn hu waqaf fi triqtu lejn Ġerusalemm. Id-​dixxipli tiegħu jemmnu li meta jaslu Ġerusalemm, hu se jiddikjara li hu l-​Messija u jwaqqaf is-​Saltna tiegħu. Biex jikkorreġi din l-​ideja u biex juri li s-​Saltna għadha ’l bogħod ħafna, Ġesù jagħti tixbieha.

“Ċertu raġel taʼ twelid nobbli,” jirrakkonta hu, “vvjaġġa lejn art imbiegħda biex jassigura qawwa taʼ sultan għalih innifsu u biex jiġi lura.” Ġesù huwa r-​“raġel taʼ twelid nobbli,” u s-​sema huwa l-​“art imbiegħda.” Meta Ġesù jasal hemm, Missieru se jagħtih qawwa taʼ sultan.

Qabel ma jitlaq, madankollu, ir-​raġel taʼ twelid nobbli jsejjaħ għaxar irsiera u jagħti lil kull wieħed minnhom mina tal-​fidda, billi jgħid: “Agħmlu negozju sakemm niġi.” Il-​għaxar irsiera fit-​twettieq inizzjali jirrappreżentaw lid-​dixxipli bikrin taʼ Ġesù. F’applikar iktar kbir, huma jagħtu stampa taʼ dawk kollha li huma werrieta prospettivi miegħu fis-​Saltna tas-​sema.

Il-miniet tal-​fidda huma biċċiet tal-​flus taʼ valur, u kull waħda minnhom tammonta għal madwar paga taʼ tliet xhur għal wieħed li jaħdem fir-​rabaʼ. Imma l-​miniet x’jirrappreżentaw? U l-​irsiera liema xorta taʼ negozju jridu jagħmlu bihom?

Il-miniet jirrappreżentaw assi li dixxipli mnisslin mill-​ispirtu setgħu jużawhom biex jipproduċu iktar werrieta tas-​Saltna tas-​sema sakemm Ġesù jiġi bħala Sultan fis-​Saltna mwiegħda. Wara l-​irxoxt u d-​dehra tiegħu lid-​dixxipli tiegħu, hu tahom il-​miniet simboliċi biex jagħmlu iktar dixxipli u b’hekk iżidu mal-​klassi tas-​Saltna tas-​sema.

“Imma,” jkompli Ġesù, “ċ-​ċittadini tiegħu bagħduh [lir-raġel taʼ twelid nobbli] u bagħtu ġemgħa taʼ ambaxxaturi warajh, biex igħidu, ‘Ma rridux li dan ir-​raġel isir sultan fuqna.’” Iċ-​ċittadini huma Iżraeliti, jew Lhud, u ma jinkludux lid-​dixxipli tiegħu. Wara t-​tluq taʼ Ġesù lejn is-​sema, dawn il-​Lhud, billi ppersegwitaw lid-​dixxipli tiegħu, għamlu magħruf li huma ma riduhx ikun is-​sultan tagħhom. B’dan il-​mod huma kienu qed jaġixxu bħaċ-​ċittadini li bagħtu lill-​ġemgħa taʼ ambaxxaturi.

Il-għaxar irsiera kif jużawhom il-​miniet tagħhom? Ġesù jispjega: “Eventwalment meta ġie lura wara li assigura l-​qawwa taʼ sultan, hu kkmanda li jiġu msejħin quddiemu dawn l-​irsiera li lilhom kien ta l-​flus tal-​fidda, sabiex jaċċerta x’kienu qalgħu huma bl-​attività taʼ negozju. Imbagħad l-​ewwel wieħed ippreżenta lilu nnifsu, igħid, ‘Mulej, il-​mina tiegħek qalgħet għaxar miniet.’ Mela hu qallu, ‘Prosit, irsir tajjeb! Minħabba li fi kwistjoni żgħira ħafna int urejt li int lejali, żomm awtorità fuq għaxart ibliet.’ Issa ġie t-​tieni wieħed, igħid, ‘Il-​mina tiegħek, Mulej, għamlet ħames miniet.’ Hu qal lil dan il-​wieħed ukoll, ‘Int, ukoll, kun inkarigat minn ħamest ibliet.’”

L-irsir b’għaxar miniet jagħti stampa taʼ klassi, jew grupp, taʼ dixxipli minn Pentekoste tas-​sena 33 E.K. sa issa li jinkludu lill-​appostli. L-​irsir li kiseb ħames miniet ukoll jirrappreżenta lil grupp matul l-​istess perijodu taʼ żmien li, skond l-​opportunitajiet u l-​abbiltajiet tagħhom, iżidu l-​assi tas-​sultan tagħhom fuq l-​art. Iż-​żewġ gruppi b’mod żeluż jippridkaw l-​aħbar tajba, u bħala riżultat, bosta wħud taʼ qalb tajba jsiru Kristjani. Disgħa mill-​irsiera rnexxew fin-​negozju u żiedu l-​ġid li kellhom.

“Imma,” jissokta Ġesù, “ġie wieħed differenti, igħid, ‘Mulej, hawn hi l-​mina tiegħek, li jien żammejt merfugħa f’ċarruta. Qed tara, kont beżgħan minnek, għaliex inti raġel aħrax; tieħu dak li int ma ddepożitajtx u taħsad dak li ma żrajtx.’ Hu qallu, ‘Minn fommok stess niġġudikak, irsir mill-​agħar. Kont taf, hux hekk, li jien raġel aħrax, li nieħu dak li ma ddepożitajtx u li naħsad dak li ma żrajtx? B’hekk għala ma poġġejtx il-​flus tal-​fidda tiegħi f’bank? Imbagħad mal-​wasla tiegħi jien kont niġborhom bl-​interessi.’ Minnufih hu qal lil dawk li kienu bil-​wieqfa ħdejh, ‘Ħudulu l-​mina u agħtuha lil dak li għandu l-​għaxar miniet.’”

Għall-irsir mill-​agħar, it-​telf tal-​mina simbolika jfisser it-​telf taʼ post fis-​Saltna tas-​sema. Iva, hu jitlef il-​privileġġ taʼ li jaħkem, bħal li kieku, fuq għaxart ibliet jew ħamest ibliet. Innota, ukoll, li l-​irsir ma jiġix ippronunzjat mill-​agħar għal xi ħażen li għamel imma, minflok, għax naqas li jaħdem biex iżid il-​ġid tas-​saltna taʼ sidu.

Meta l-​mina tal-​irsir mill-​agħar tingħata lill-​ewwel irsir, titqajjem l-​oġġezzjoni: “Mulej, għandu għaxar miniet!” Iżda, Ġesù jwieġeb: “Lil kulmin għandu, iktar se jingħatalu; imma mingħand il-​wieħed li m’għandux, saħansitra dak li għandu se jitteħidlu. Barra minn hekk, lil dawn l-​egħdewwa tiegħi li ma ridunix insir sultan fuqhom ġibuhom hawn u biċċruhom quddiemi.” Luqa 19:​11-27; Mattew 28:​19, 20.

▪ Liema ħaġa tqanqal it-​tixbieha taʼ Ġesù dwar il-​miniet?

▪ Min hu r-​raġel taʼ twelid nobbli, u x’inhi l-​art li jmur lejha?

▪ Min huma l-​irsiera, u x’inhu rrappreżentat mill-​miniet?

▪ Min huma ċ-​ċittadini, u kif juru l-​mibgħeda tagħhom?

▪ Irsir wieħed għala jissejjaħ mill-​agħar, u t-​telf tal-​mina tiegħu x’ifisser?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja