LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 132
  • Fuq il-Leminija t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fuq il-Leminija t’Alla
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Kristu fuq il-leminija t’Alla
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Fit-Triq Lejn Damasku
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Dawk li Jagħmlu Affarijiet Ħżiena Jistgħu Jinbidlu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Il-Persekutur Jara Dawl Kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 132

Kapitlu 132

Fuq il-​Leminija t’Alla

IT-​TISWIB tal-​ispirtu qaddis nhar Pentekoste huwa evidenza taʼ li Ġesù wasal lura fis-​sema. Il-​viżjoni mogħtija ftit wara lid-​dixxiplu Stiefnu wkoll tagħti prova li Hu wasal hemm. Sewwa sew qabel ma jiġi mħaġġar għax-​xiehda leali tiegħu li ta, Stiefnu jesklama: “Ħares! Qed nilmaħ is-​smewwiet miftuħin u Bin il-​bniedem wieqaf fuq il-​leminija t’Alla.”

Waqt li qiegħed fuq il-​leminija t’Alla, Ġesù qed jistenna l-​kmand mingħand Missieru: “Mur rażżan f’nofs l-​egħdewwa tiegħek.” Imma sadanittant, sakemm jaġixxi kontra l-​egħdewwa tiegħu, Ġesù x’jagħmel? Hu jaħkem, jew isaltan, fuq id-​dixxipli midlukin tiegħu, billi jiggwidahom fl-​attività taʼ ippridkar tagħhom u billi jħejjihom biex isiru, b’irxoxt, slaten imseħbin miegħu fis-​Saltna taʼ Missieru.

Per eżempju, Ġesù jagħżel lil Sawlu (iktar tard magħruf aħjar bl-​isem Ruman tiegħu, Pawlu) biex ikun minn taʼ quddiemnett fix-​xogħol taʼ li jagħmlu dixxipli f’artijiet oħra. Sawlu huwa żeluż għal-​Liġi t’Alla, iżda huwa ggwidat ħażin mill-​mexxejja reliġjużi Lhud. Bħala riżultat, Sawlu mhux biss japprova l-​qtil taʼ Stiefnu imma jmur lejn Damasku b’awtorità mingħand il-​qassis il-​kbir Qajfa biex iġib lura lejn Ġerusalemm taħt arrest lill-​irġiel u n-​nisa kollha li jsib hemmhekk li huma segwaċi taʼ Ġesù. Madankollu, waqt li Sawlu sejjer fi triqtu, dawl jiddi f’daqqa waħda jleħħ madwaru u hu jaqaʼ fl-​art.

“Sawlu, Sawlu, għala qiegħed tippersegwitani?” jistaqsi leħen minn sors inviżibbli. “Min int, Mulej?” jistaqsi Sawlu.

“Jien Ġesù, li lilu int qiegħed tippersegwita,” tiġi r-​risposta.

Sawlu, li sar agħma minħabba d-​dawl mirakoluż, jintqallu minn Ġesù biex jidħol Damasku u jistenna struzzjonijiet. Imbagħad Ġesù jidher f’viżjoni lil Ananija, wieħed mid-​dixxipli tiegħu. Rigward Sawlu, Ġesù jgħid lil Ananija: “Dan ir-​raġel hu reċipjent magħżul għalija biex iġorr ismi lill-​ġnus kif ukoll lil slaten u lil ulied Iżrael.”

Tabilħaqq, bl-​appoġġ taʼ Ġesù, Sawlu (magħruf issa bħala Pawlu) u evanġelizzaturi oħra għandhom suċċess tremend fix-​xogħol tagħhom taʼ li jippridkaw u jgħallmu. Fil-​fatt, madwar 25 sena wara li Ġesù deherlu fit-​triq lejn Damasku, Pawlu jikteb li l-​“aħbar tajba” ġiet “ippridkata fil-​ħolqien kollu li hu taħt is-​sema.”

Wara li jgħaddu ħafna snin oħra, Ġesù jipprovdi serje taʼ viżjonijiet lill-​appostlu maħbub tiegħu, Ġwanni. Permezz taʼ dawn il-​viżjonijiet li Ġwanni jiddeskrivi fil-​ktieb Bibliku taʼ Rivelazzjoni, hu, fil-​fatt, igħix biex jara lil Ġesù jiġi lura fil-​qawwa tas-​Saltna. Ġwanni jgħid li “b’ispirazzjoni” hu ġie ttrasportat ’il quddiem fiż-​żmien lejn “jum il-​Mulej.” X’inhu dan il-​“jum”?

Studju bir-​reqqa tal-​profeziji tal-​Bibbja, inkluża l-​profezija taʼ Ġesù stess dwar l-​aħħar jiem, jirrivela li “jum il-​Mulej” beda fis-​sena 1914 li għamlet storja, iva, f’din il-​ġenerazzjoni! Mela kien fl-​1914 li Ġesù ġie lura b’mod inviżibbli, mingħajr daqq taʼ trombi fil-​pubbliku u bil-​qaddejja leali tiegħu biss jindunaw li ġie lura. F’dik is-​sena Jehovah ta lil Ġesù l-​kmand biex imur irażżan f’nofs l-​egħdewwa tiegħu!

Billi obda l-​ordni taʼ Missieru, Ġesù naddaf is-​smewwiet minn Satana u d-​demonji tiegħu, billi tefagħhom ’l isfel lejn l-​art. Wara li dan jarah iseħħ fil-​viżjoni, Ġwanni jismaʼ leħen mis-​sema jipproklama: “Issa seħħet is-​salvazzjoni u l-​qawwa u s-​saltna t’Alla tagħna u l-​awtorità tal-​Kristu tiegħu!” Iva, fl-​1914 Kristu beda jaħkem bħala Sultan!

X’aħbar tajba hi din għal dawk li jaduraw lil Jehovah fis-​sema! Jiġu mħeġġin: “Ifirħu, intom is-​smewwiet u intom li toqogħdu fihom!” Imma x’inhi s-​sitwazzjoni għal dawk fuq l-​art? “Gwaj għall-​art u għall-​baħar,” ikompli l-​leħen mis-​sema, “għaliex ix-​Xitan niżel għandkom, billi għandu rabja kbira, għax jaf li għandu perijodu qasir taʼ żmien.”

Aħna qegħdin f’dak il-​perijodu qasir taʼ żmien eżatt issa. In-​nies qegħdin bħalissa jiġu separati jew biex jidħlu fid-​dinja ġdida t’Alla jew biex isofru qerda. Il-​verità hi, id-​destin tiegħek stess qed jiġi issa ddeterminat minn kif int twieġeb għall-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla li qed tiġi ppridkata mad-​dinja kollha taħt id-​direzzjoni taʼ Kristu.

Meta t-​tifrid tan-​nies ikun spiċċa, Ġesù Kristu se jaqdi bħala l-​Aġent t’Alla biex lill-​art jeħlisha mis-​sistema taʼ affarijiet kollha kemm hi taʼ Satana u minn dawk kollha li jappoġġjawha. Ġesù se jwettaq din it-​tneħħija tal-​ħażen kollu fil-​gwerra li hi msejħa fil-​Bibbja Ħar–Magedon, jew Armageddon. Wara dan, Ġesù, l-​aqwa Persuna fl-​univers wara Alla Jehovah innifsu, se jaħtaf lil Satana u lid-​demonji tiegħu u jorbothom għal elf sena f’“abbiss,” jiġifieri, stat taʼ inattività bħall-​mewt. Atti 7:​55-60; 8:​1-3; 9:​1-19; 16:​6-10; Salm 110:​1, 2; Ebrej 10:​12, 13; 1 Pietru 3:22; Luqa 22:​28-30; Kolossin 1:​13, 23; Rivelazzjoni 1:​1, 10; 12:​7-12; 16:​14-16; 20:​1-3; Mattew 24:14; 25:​31-33.

▪ Wara li Ġesù jitlaʼ fis-​sema, f’liema post jitqiegħed, u x’jistenna hu?

▪ Ġesù fuq min jaħkem wara li jitlaʼ fis-​sema, u l-​ħakma tiegħu kif tidher?

▪ “Jum il-​Mulej” meta beda, u x’ġara fil-​bidu tiegħu?

▪ Liema xogħol taʼ tifrid li qed isir illum jeffettwa lil kull wieħed minna personalment, u fuq liema bażi qed isir it-​tifrid?

▪ Meta x-​xogħol taʼ tifrid jintemm, liema ġrajjiet se jsegwu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja