LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • T-21 pp. 1-6
  • Gawdi l-Ħajja tal-Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Gawdi l-Ħajja tal-Familja
  • Gawdi l-Ħajja tal-Familja
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Oriġinat il-​Familja
  • Kif Jistaʼ Jkollok Suċċess?
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Hemm Xi Sigriet għall-​Hena fil-​Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Gawdi l-Ħajja tal-Familja
T-21 pp. 1-6

Gawdi l-​Ħajja tal-​Familja

Jistgħu l-​familji tassew ikunu ferħanin?

Kif inhu possibbli?

Taf familji li huma magħqudin u ferħanin bħal dawn li qed tara f’dan il-​fuljett? Kulfejn indawru wiċċna naraw familji li qegħdin jitkissru. Id-​divorzju, in-​nuqqas taʼ garanzija taʼ xogħol, il-​problemi taʼ ġenituri waħedhom, il-​frustrazzjoni—dawn kollha jikkontribwixxu għall-​kriżi. Espert fuq il-​ħajja tal-​familja lmenta: “Illum kulħadd jaf li l-​familja qiegħda fil-​periklu li tisfaxxa.”

Il-familji għala huma bombardjati bi problemi serji bħal dawn? Kif nistgħu ngawdu l-​ħajja tal-​familja?

Kif Oriġinat il-​Familja

Sabiex inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, irridu nkunu nafu minfejn oriġinaw iż-​żwieġ u l-​familja. Għax jekk dawn kellhom Oriġinatur—Ħallieq—il-​membri tal-​familja għandhom iduru lejh għall-​gwida, ladarba li hu żgur l-​iktar wieħed li jaf kif nistgħu ngawdu l-​ħajja tal-​familja bl-​aħjar mod.

Taʼ interess, ħafna jaħsbu li l-​arranġament tal-​familja ma kellux Oriġinatur. L-​Encyclopedia Americana tgħid: “Xi studjużi jorbtu l-​oriġini taż-​żwieġ mal-​mod kif jitlaqqgħu l-​annimali li huma inferjuri għall-​bniedem.” Madankollu, Ġesù Kristu tkellem dwar il-​ħolqien tar-​raġel u tal-​mara. Hu kkwota r-​rakkont Bibliku tal-​bidu bħala awtorità u qal: “Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Mattew 19:4-6.

Mela Ġesù Kristu għandu raġun. Kien hemm Alla intelliġenti li ħalaq lill-​ewwel bnedmin u għamel arranġamenti biex il-​ħajja tal-​familja tkun ferħana. Alla għaqqad l-​ewwel koppja umana fiż-​żwieġ u qal li r-​raġel għandu “jingħaqad maʼ martu u jsiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:22-24) Jistaʼ jkun, mela, li l-​problemi li tiffaċċja l-​familja llum il-​ġurnata jinqalgħu minħabba l-​ġiri wara stili taʼ ħajja li jmorru kontra l-​livelli li poġġa l-​Ħallieq fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja?

Kif Jistaʼ Jkollok Suċċess?

Bħalma żgur diġà indunajt, id-​dinja taʼ llum tħeġġeġ lil dak li jkun biex ifittex l-​interessi persunali tiegħu u li jissodisfa lilu nnifsu. “Ir-​regħba hija tajba,” qal wieħed finanzier lil klassi taʼ gradwati fl-​Istati Uniti. “Tistgħu tkunu rgħiba u xorta tħossukom tajbin dwarkom infuskom.” Imma l-​ġiri wara l-​affarijiet materjali ma jwassalx għal suċċess. Fil-​fatt, il-​materjaliżmu huwa wieħed mill-​iktar theddidiet għall-​ħajja tal-​familja għax jidħol bejn ir-​relazzjonijiet umani u jisraq il-​ħin u l-​flus taʼ dak li jkun. B’kuntrast għal dan, ikkunsidra kif sempliċement żewġ proverbji mill-​Bibbja jgħinuna naraw x’inhu importanti biex inkunu ferħanin.

“Aħjar platt ħaxix mogħti bl-​imħabba, minn gendus smin bil-​mibegħda miegħu.”

“Aħjar loqma ħobż niexfa bis-​sliem, minn dar mimlija bl-​ikel u l-​ġlied.”

Proverbji 15:17; 17:1.

Kemm hu qawwi dan il-​kliem, hux vera? Immaġina kemm tkun differenti d-​dinja li kieku kull familja żżomm maʼ dawn il-​prijoritajiet! Il-​Bibbja tipprovdi gwida imprezzabbli fuq kif il-​membri tal-​familja għandhom jittrattaw lil xulxin. Ikkunsidra xi ftit mid-​direzzjonijiet li tagħti.

L-​Irġiel: ‘Ħobb lil martek bħal ġismek stess.’—Efesin 5:28-30.

Sempliċi, imma verament prattiku! Il-​Bibbja tgħid ukoll lir-​raġel sabiex ‘jonora lill-​mara.’ (1 Pietru 3:7) Hu jagħmel dan billi jagħtiha attenzjoni speċjali, u dan jinkludi li jkun teneru magħha, jifhimha, u jassiguraha. Hu jqis l-​opinjonijiet tagħha u jismagħha. (Qabbel Ġenesi 21:12.) Ma taqbilx li kwalunkwe familja se tibbenefika jekk ir-​raġel jittratta ’l martu b’interess, bħalma jixtieq li jiġi trattat hu?—Mattew 7:12.

In-​Nisa: ‘Għandu jkollok rispett profond lejn żewġek.’—Efesin 5:33.

Mara tikkontribwixxi għall-​hena tal-​familja billi tgħin lir-​raġel iwettaq ir-​responsabbiltajiet tqal li għandu. Hekk kellu f’moħħu Alla ladarba hu pprovda l-​mara sabiex tkun “għajnuna tgħodd għalih.” (Ġenesi 2:18) Tistaʼ tifhem kemm se tkun taʼ barka għall-​ħajja tal-​familja jekk il-​mara tirrispetta ’l żewġha billi tappoġġa d-​deċiżjonijiet tiegħu u tikkoopera miegħu sabiex jintlaħqu l-​miri tal-​familja?

L-​Imseħbin fiż-​Żwieġ: “L-​irġiel u n-​nisa għandhom ikunu leali lejn xulxin.”—Ebrej 13:4, “Today’s English Version.”

Meta jagħmlu dan, il-​ħajja tal-​familja żgur se tibbenefika. L-​adulterju spiss ikisser familja. (Proverbji 6:27-29, 32) Għalhekk, b’għerf kbir il-​Bibbja tħeġġeġ: “Kun ferħan b’martek u tgħaxxaq bit-​tfajla li żżewwiġt . . . Għala għandek tagħti mħabbtek lil mara oħra?”—Proverbji 5:18-20, TEV.

Il-​Ġenituri: ‘Ħarrġu t-​tfal [tagħkom] jimxu fit-​triq it-​tajba.’—Proverbji 22:6.

Meta l-​ġenituri jagħtu l-​ħin u l-​attenzjoni lit-​tfal tagħhom, il-​ħajja tal-​familja żgur timxi ’l quddiem. Għalhekk, il-​Bibbja tħeġġeġ lill-​ġenituri sabiex jgħallmu lil uliedhom il-​prinċipji tajbin ‘meta jkunu mistriħin f’darhom u mexjin fit-​triq; meta jimteddu u meta jqumu.’ (Dewteronomju 11:19) Il-​Bibbja tgħid ukoll li l-​ġenituri għandhom juru li jħobbu lil uliedhom billi jiddixxiplinawhom.—Efesin 6:4.

It-​Tfal: “Tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom f’unjoni mal-​Mulej.”—Efesin 6:1.

Veru, f’din id-​dinja fejn in-​nies ma jagħtux kas il-​liġijiet, m’huwiex dejjem faċli li tobdi lill-​ġenituri tiegħek. Madankollu, ma taqbilx li huwa għaqli li tagħmel dak li l-​Oriġinatur tal-​familja jgħidilna nagħmlu? Hu jaf x’għandna nagħmlu sabiex il-​ħajja tal-​familja tagħna tkun iktar ferħana. Għalhekk, ipprova obdi l-​ġenituri tiegħek. Kun determinat li tevita l-​ħafna tentazzjonijiet li d-​dinja tippreżentalek biex tagħmel dak li hu ħażin.—Proverbji 1:10-19.

Il-ħajja tal-​familja se tibbenefika sakemm kull membru tal-​familja japplika l-​pariri tal-​Bibbja. Il-​familja mhux biss se tgawdi ħajja aħjar issa imma se jkollha l-​prospett taʼ futur mill-​isbaħ fid-​dinja l-​ġdida mwiegħda minn Alla. (2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:3, 4) Għalhekk, agħmluha drawwa tal-​familja li tistudjaw il-​Bibbja flimkien! Miljuni taʼ familji madwar id-​dinja kollha sabu l-​gwida provduta fil-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja bħala għajnuna siewja.

Jekk mhux indikat mod ieħor, il-​kwotazzjonijiet mill-​Iskrittura Ebrajka huma meħudin mill-​Bibbja Għaqda Biblika Maltija, It-​Tieni Edizzjoni (1996), u dawk mill-​Iskrittura Griega huma meħudin mit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja