Lezzjoni Nru. 1
Kif Tistaʼ Tiskopri X’Jirrikjedi Alla
Il-Bibbja fiha liema informazzjoni importanti? (1)
Min hu l-awtur tal-Bibbja? (2)
Għala għandek tistudja l-Bibbja? (3)
1. Il-Bibbja hija rigal prezzjuż mingħand Alla. Hija bħal ittra mingħand missier taʼ mħabba lil uliedu. Tgħidilna l-verità dwar Alla—min hu u x’inhuma l-livelli tiegħu. Tispjega kif għandek tkampa mal-problemi u kif għandek issib kuntentizza vera. Il-Bibbja waħedha tgħidilna x’irridu nagħmlu biex nogħġbu ’l Alla.—Salm 1:1-3; Isaija 48:17, 18.
2. Il-Bibbja nkitbet minn xi 40 raġel differenti matul perijodu taʼ 1,600 sena, li beda fl-1513 Q.E.K. Hija magħmula minn 66 kotba żgħar. Dawk li kitbu l-Bibbja kienu mnebbħin minn Alla. Kitbu l-ħsibijiet tiegħu, mhux tagħhom stess. Għalhekk, hu Alla fis-sema, u mhux xi bniedem fuq l-art, li hu l-Awtur tal-Bibbja.—2 Timotju 3:16, 17; 2 Pietru 1:20, 21.
3. Alla ħa ħsieb biex il-Bibbja tkun ikkopjata eżatt u ppreservata. Ġew stampati iktar Bibbji minn kwalunkwe ktieb ieħor. Mhux kulħadd se jkun ferħan li jarak tistudja l-Bibbja, imma tħallix dan iwaqqfek. Il-futur etern tiegħek jiddependi fuq li ssir taf ’l Alla u tagħmel ir-rieda tiegħu minkejja kull oppożizzjoni.—Mattew 5:10-12; Ġwann 17:3.