LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 3 pp. 6-7
  • Min Hu Ġesù Kristu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu Ġesù Kristu?
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġesù Jsalvana—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 3 pp. 6-7

Lezzjoni Nru. 3

Min Hu Ġesù Kristu?

Ġesù għala hu msejjaħ l-​Iben “l-​ewwel imwieled” t’Alla? (1)

Għala hu msejjaħ “il-​Kelma”? (1)

Ġesù għala ġie fuq l-​art bħala bniedem? (2-4)

Għala wettaq il-​mirakli? (5)

X’se jagħmel Ġesù fil-​futur qarib? (6)

1. Ġesù għex fis-​sema bħala persuna spirtu qabel ma ġie fuq l-​art. Kien l-​ewwel ħolqien t’Alla, u għalhekk hu msejjaħ l-​Iben “l-​ewwel imwieled” t’Alla. (Kolossin 1:15, NW; Apokalissi 3:14, NW) Ġesù huwa l-​uniku Iben li Alla ħalaq waħdu. Jehovah uża lil Ġesù qabel sar bniedem bħala “mgħallem” tiegħu biex joħloq l-​affarijiet l-​oħrajn kollha fis-​sema u fuq l-​art. (Proverbji 8:22-31; Kolossin 1:16, 17) Alla wżah ukoll bħala l-​kelliemi ewlieni Tiegħu. Dak huwa għala Ġesù hu msejjaħ “il-​Verb [“il-​Kelma,” Karm Żammit].”—Ġwann 1:1-3; Apokalissi 19:13.

2. Alla bagħat lil Ibnu lejn l-​art billi ttrasferixxa l-​ħajja tiegħu għal ġol-​ġuf taʼ Marija. Mela Ġesù ma kellux missier uman. Għalhekk ma wiret ebda dnub jew imperfezzjoni. Alla bagħat lil Ġesù fid-​dinja għal tliet raġunijiet: (1) Biex jgħallimna l-​verità dwar Alla (Ġwann 18:37), (2) biex iżomm integrità perfetta, waqt li jipprovdi mudell għalina biex insegwuh (1 Pietru 2:21), u (3) biex jissagrifika ħajtu ħalli jeħlisna mid-​dnub u l-​mewt. Dan għala kien meħtieġ?—Mattew 20:28.

3. Billi m’obdiex il-​kmand t’Alla, l-​ewwel bniedem, Adam, ikkommetta dak li l-​Bibbja ssejjaħlu “dnub.” Għalhekk Alla kkundannah għall-​mewt. (Ġenesi 3:17-19) Ma baqax iktar jilħaq il-​livelli t’Alla, u għalhekk ma baqax iktar perfett. Bil-​mod il-​mod xjieħ u miet. Adam għadda d-​dnub lil uliedu kollha. Għalhekk aħna wkoll nixjieħu, nimirdu, u mmutu. Kif tistaʼ l-​umanità tiġi salvata?—Rumani 3:23; 5:12.

4. Ġesù kien bniedem perfett eżatt bħal Adam. Kuntrarju għal Adam, iżda, Ġesù kien ubbidjenti lejn Alla b’mod perfett saħansitra taħt l-​akbar prova. Hu għalhekk setaʼ jissagrifika l-​ħajja umana u perfetta tiegħu biex iħallas għad-​dnub t’Adam. Dan huwa dak li l-​Bibbja tirreferi għalih bħala l-​“prezz tal-​fidwa.” Ulied Adam jistgħu b’hekk jiġu meħlusin mill-​kundanna għall-​mewt. Dawk kollha li jpoġġu l-​fidi tagħhom f’Ġesù jistgħu jkollhom dnubiethom maħfurin u jirċievu l-​ħajja taʼ dejjem.—1 Timotju 2:5, 6; Ġwann 3:16; Rumani 5:18, 19.

5. Meta kien fuq l-​art Ġesù fejjaq lill-​morda, temaʼ lil uħud bil-​ġuħ, u kkalma l-​maltemp. Saħansitra qajjem lill-​mejtin. Għala wettaq il-​mirakli? (1) Ħass ħniena għal nies li kienu qegħdin isofru, u ried jgħinhom. (2) Il-​mirakli tiegħu taw prova li kien l-​Iben t’Alla. (3) Urew x’se jagħmel għall-​umanità ubbidjenti meta jaħkem bħala Sultan għal fuq l-​art.—Mattew 14:14; Mark 2:10-12; Ġwann 5:28, 29.

6. Ġesù miet u ġie rxoxtat minn Alla bħala ħlejqa spirtu, u rritorna lejn is-​sema. (1 Pietru 3:18) Minn dak inhar, Alla għamlu Sultan. Ġesù dalwaqt se jneħħi l-​ħażen kollu u s-​sofferenzi kollha minn fuq din l-​art.—Salm 37:9-11; Proverbji 2:21, 22.

[Stampi f’paġna 7]

Il-​ministeru taʼ Ġesù inkluda li jgħallem, li jwettaq il-​mirakli, u saħansitra li joffri ħajtu għalina

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja