LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 8 pp. 16-17
  • Ħajja Tal-Familja Li Togħġob Lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħajja Tal-Familja Li Togħġob Lil Alla
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kif Jista’ Jkollok Ħajja tal-Familja Hienja?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 8 pp. 16-17

Lezzjoni Nru. 8

Ħajja Tal-​Familja Li Togħġob Lil Alla

X’inhi l-​pożizzjoni tar-​raġel fil-​familja? (1)

Raġel kif għandu jittratta lil martu? (2)

Missier liema responsabbiltajiet għandu? (3)

X’inhu l-​irwol tal-​mara fil-​familja? (4)

Alla x’jirrikjedi mill-​ġenituri u mill-​ulied? (5)

X’inhi l-​ħarsa tal-​Bibbja dwar is-​separazzjoni u dwar id-​divorzju? (6, 7)

1. Il-​Bibbja tgħid li r-​raġel hu l-​kap tal-​familja tiegħu. (1 Korintin 11:3) Raġel għandu jkollu mara waħda. Huma għandhom ikunu miżżewġin kif suppost skond il-​liġi.—1 Timotju 3:2; Titu 3:1.

2. Raġel għandu jħobb lil martu bħalma jħobb lilu nnifsu. Għandu jittrattaha bil-​mod li Ġesù jittratta lis-​segwaċi tiegħu. (Efesin 5:25, 28, 29) Qatt m’għandu jsawwat lil martu jew b’xi mod jaħqarha. Anzi, għandu juriha unur u rispett.—Kolossin 3:19; 1 Pietru 3:7.

3. Missier għandu jaħdem iebes biex jieħu ħsieb il-​familja tiegħu. Irid jipprovdi l-​ikel, l-​ilbies, u l-​post fejn jgħixu martu u wliedu. Missier għandu jipprovdi wkoll il-​bżonnijiet spiritwali tal-​familja. (1 Timotju 5:8) Għandu jkun fuq quddiem f’li jgħin lill-​familja tiegħu biex jitgħallmu dwar Alla u l-​iskopijiet Tiegħu.—Dewteronomju 6:4-9; Efesin 6:4.

4. Mara għandha tkun t’għajnuna siewja għal żewġha. (Ġenesi 2:18) Għandha tgħin lil żewġha f’li jgħallem u jħarreġ lil uliedhom. (Proverbji 1:8) Jehovah jirrikjedi li l-​mara tieħu ħsieb il-​familja b’imħabba. (Proverbji 31:10, 15, 26, 27; Titu 2:4, 5) Hi għandu jkollha rispett profond lejn żewġha.—Efesin 5:22, 23, 33.

5. Alla jirrikjedi li t-​tfal jobdu lill-​ġenituri. (Efesin 6:1-3) Jistenna li l-​ġenituri jistruwixxu u jikkoreġu lil uliedhom. Il-​ġenituri jridu jqattgħu l-​ħin maʼ wliedhom u jistudjaw il-​Bibbja magħhom billi jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali u emozzjonali tagħhom. (Dewteronomju 11:18, 19; Proverbji 22:6, 15) Il-​ġenituri qatt m’għandhom jiddixxiplinaw lil uliedhom b’mod aħrax jew kiefer.—Kolossin 3:21.

6. Meta tnejn miżżewġin ikollhom xi problemi kif jittrattaw maʼ xulxin, għandhom jipprovaw japplikaw pariri mill-​Bibbja. Il-​Bibbja tħeġġiġna biex nuru mħabba u nkunu lesti li naħfru. (Kolossin 3:12-14) Il-​Kelma t’Alla ma tinkuraġġix is-​separazzjoni bħala mezz biex issolvi problemi żgħar. Imma mara tistaʼ tagħżel li titlaq lil żewġha jekk (1) b’ras iebsa jirrifjuta li jmantni lill-​familja, (2) hu tant vjolenti li saħħitha u ħajjitha huma fil-​periklu, jew (3) l-​oppożizzjoni estrema tiegħu tagħmilha impossibbli għaliha li tqim lil Jehovah.—1 Korintin 7:12, 13.

7. Il-​miżżewġin iridu jkunu leali lejn xulxin. L-​adulterju huwa dnub kontra Alla u kontra s-​sieħeb jew sieħba. (Lhud 13:4) Relazzjoni sesswali barra miż-​żwieġ hija l-​unika bażi Skritturali għal divorzju li tippermetti żwieġ mill-​ġdid. (Mattew 19:6-9; Rumani 7:2, 3) Jehovah jobgħod meta n-​nies jiddivorzjaw mingħajr raġunijiet Skritturali u jiżżewġu lil xi ħadd ieħor.—Malakija 2:14-16.

[Stampi f’paġna 16, 17]

Alla jistenna li l-​ġenituri jistruwixxu lil uliedhom u jikkoreġuhom

[Stampa f’paġna 17]

Missier li jħobb, jipprovdi għall-​familja materjalment u spiritwalment

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja