LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 13 pp. 26-27
  • Kif Tistaʼ Ssib Il-Vera Reliġjon?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Ssib Il-Vera Reliġjon?
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Kif Tista’ Tagħraf il-Qima Vera?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Kif Tistaʼ Tagħraf il-Qima Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Nidentifikaw Il-Vera Reliġjon
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 13 pp. 26-27

Lezzjoni Nru. 13

Kif Tistaʼ Ssib Il-​Vera Reliġjon?

Ir-​reliġjonijiet kollha jogħġbuh ’l Alla, jew waħda biss? (1)

Għala hawn tant reliġjonijiet li jsostnu li huma Kristjani? (2)

Kif tistaʼ tidentifika l-​Kristjani veri? (3-7)

1. Ġesù beda reliġjon Kristjana vera waħda. Għalhekk illum irid ikun hemm ġemgħa waħda, jew grupp wieħed, biss t’adoraturi veri t’Alla Jehovah. (Ġwann 4:23, 24; Efesin 4:4, 5) Il-​Bibbja tgħallem li ftit nies biss qegħdin fit-​triq id-​dejqa li tagħti għall-​ħajja.—Mattew 7:13, 14.

2. Il-​Bibbja bassret li wara l-​mewt taʼ l-​appostli, tagħlim falz u prattiċi mhux Kristjani kellhom bil-​mod il-​mod jidħlu fil-​kongregazzjoni Kristjana. Xi wħud kellhom idawru adoraturi għal warajhom minflok wara Kristu. (Mattew 7:15, 21-23; Atti 20:29, 30) Huwa għalhekk li naraw daqstant reliġjonijiet differenti li jsostnu li huma Kristjani. Kif nistgħu nidentifikaw il-​Kristjani veri?

3. L-​iktar marka li tispikka tal-​Kristjani veri hija li għandhom imħabba vera bejniethom. (Ġwann 13:34, 35) M’humiex mgħallmin biex jaħsbu li huma aħjar min-​nies taʼ razez jew taʼ kulur tal-​ġilda differenti. Lanqas m’huma mgħallmin biex jobogħdu nies taʼ pajjiżi oħrajn. (Atti 10:34, 35) Għalhekk ma jiħdux sehem fi gwerer. Il-​Kristjani veri jittrattaw lil xulxin bħal aħwa.—1 Ġwann 4:20, 21.

4. Marka oħra tal-​vera reliġjon hija li l-​membri tagħha għandhom rispett profond lejn il-​Bibbja. Huma jaċċettawha bħala l-​Kelma t’Alla u jemmnu dak li tgħid. (Ġwann 17:17; 2 Timotju 3:16, 17) Huma jqisu l-​Kelma t’Alla bħala li hija importanti iktar mill-​ideat jew id-​drawwiet tal-​bnedmin. (Mattew 15:1-3, 7-9) Jipprovaw jgħixu skond il-​Bibbja fil-​ħajja taʼ kuljum tagħhom. Għalhekk ma jippridkawx ħaġa u jagħmlu oħra.—Titu 1:15, 16.

5. Il-​vera reliġjon trid ukoll tonora l-​isem t’Alla. (Mattew 6:9) Ġesù għamel l-​isem t’Alla, Jehovah, magħruf lil oħrajn. Il-​Kristjani veri jridu jagħmlu l-​istess. (Ġwann 17:6, 26; Rumani 10:13, 14) Min huma n-​nies fil-​komunità tiegħek li jgħidu lil oħrajn dwar l-​isem t’Alla?

6. Il-​Kristjani veri jridu jippridkaw dwar is-​Saltna t’Alla. Ġesù hekk għamel. Dejjem kien jitkellem dwar is-​Saltna. (Luqa 8:1) Hu kkmanda lid-​dixxipli biex jippridkaw dan l-​istess messaġġ maʼ l-​art kollha. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Il-​Kristjani veri jemmnu li s-​Saltna t’Alla biss se ġġib paċi u sigurtà veri fuq din l-​art.—Salm 146:3-5.

7. Id-​dixxipli taʼ Ġesù ma jridu jkunu ebda parti minn din id-​dinja mill-​agħar. (Ġwann 17:16) Ma jinvolvux ruħhom fl-​affarijiet politiċi u fil-​kontroversji soċjali tad-​dinja. Jevitaw il-​kondotta, il-​prattiċi, u l-​attitudnijiet taʼ ħsara li huma komuni fid-​dinja. (Ġakbu 1:27; 4:4) Tistaʼ int tidentifika xi grupp reliġjuż fil-​komunità tiegħek li għandu dawn il-​marki tal-​Kristjanità vera?

[Stampi f’paġna 26, 27]

Il-​Kristjani veri jħobbu lil xulxin, jirrispettaw il-​Bibbja, u jippridkaw dwar is-​Saltna t’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja