LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gf lezzjoni 11 pp. 18-19
  • Iċħad ir-Reliġjon Falza!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iċħad ir-Reliġjon Falza!
  • Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Materjal Simili
  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
    It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
  • Ninħelsu mir-Reliġjon Falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • X’Se Jiġri mir-Reliġjonijiet?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
gf lezzjoni 11 pp. 18-19

LEZZJONI NRU. 11

Iċħad ir-Reliġjon Falza!

Satana u d-​demonji tiegħu ma jridukx taqdi lil Alla. Huma jridu jdawru lil kulħadd ’il bogħod minn Alla, jekk jirnexxilhom. Kif qed jipprovaw jagħmluh dan? Mod wieħed hu permezz tar-​reliġjon falza. (2 Korintin 11:13-15) Reliġjon tkun falza jekk ma tgħallimx il-​verità mill-​Bibbja. Ir-​reliġjon falza hi bħall-​flus foloz. Tidher li hi vera, imma tkun bla valur. Tista’ toħloqlok ħafna inkwiet.

Koppja qed jitolbu fi knisja

Il-​gideb reliġjuż qatt ma jista’ jogħġob lil Jehovah, dak Alla tal-​verità. Meta Ġesù kien fuq l-​art, kien hemm grupp reliġjuż li ried joqtlu. Huma ħasbu li l-​mod tagħhom ta’ qima kien il-​wieħed tajjeb. Huma qalu: “Missier wieħed għandna, lil Alla.” Qabel magħhom Ġesù? Le! Hu qalilhom: “Intom ġejjin minn missierkom, li hu x-​Xitan.” (Ġwann 8:41, 44) Illum ħafna nies jaħsbu li qed iqimu lil Alla, imma fir-​realtà qegħdin jaqdu lil Satana u lid-​demonji tiegħu!—1 Korintin 10:20.

Sewwa sew bħalma siġra mħassra tipproduċi frott ħażin, ir-​reliġjon falza tipproduċi nies li jagħmlu affarijiet ħżiena. Id-​dinja mimlija inkwiet minħabba l-​affarijiet ħżiena li jagħmlu n-​nies. Fiha nsibu l-​immoralità, il-​ġlied, is-​serq, il-​moħqrija, il-​qtil, u l-​istupru. Ħafna minn dawk li jagħmlu dawn l-​affarijiet ħżiena għandhom reliġjon, imma r-​reliġjon tagħhom ma tqanqalhomx biex jipprattikaw dak li hu tajjeb. Ma jistgħux ikunu ħbieb t’Alla jekk ma jiqfux milli jagħmlu affarijiet ħżiena.—Mattew 7:17, 18.

Ir-​reliġjon falza tgħallem lin-​nies biex jitolbu lill-​idoli. Alla jgħid biex ma titlobx lill-​idoli u hemm raġunijiet tajbin għal dan. Per eżempju, tieħu pjaċir int kieku xi ħadd qatt ma jkellmek direttament imma jkellem biss lir-​ritratt tiegħek? Wieħed bħal dan jista’ jkun ħabib veru tiegħek? Le, ma jistax ikun. Jehovah jrid li n-​nies ikellmu lilu, mhux lil xi statwa jew stampa, li m’għandhiex ħajja.—Eżodu 20:4, 5.

Suldati bl-armi

Ir-​reliġjon falza tgħallem li m’hemm xejn ħażin f’li toqtol lil oħrajn fil-​gwerer. Ġesù qal li l-​ħbieb t’Alla għandhom ikollhom l-​imħabba bejniethom. Aħna ma noqtlux lin-​nies li nħobbu. (Ġwann 13:35) Huwa ħażin saħansitra li noqtlu lin-​nies il-​ħżiena. Meta l-​għedewwa ta’ Ġesù ġew biex jarrestawh, hu ma ħalliex lid-​dixxipli tiegħu jiġġieldu biex jipproteġuh.—Mattew 26:51, 52.

Ir-​reliġjon falza tgħallem li l-​ħżiena se jmorru l-​infern. Madankollu, il-​Bibbja tgħallem li d-​dnub iwassal għall-​mewt. (Rumani 6:23) Jehovah hu Alla ta’ mħabba. Jista’ Alla ta’ mħabba jitturmenta lin-​nies għal dejjem? Dażgur li le! Fil-​Ġenna ta’ l-​art, se jkun hemm reliġjon waħda biss, dik li għandha l-​approvazzjoni ta’ Jehovah. (Apokalissi 15:4) Ir-​reliġjonijiet kollha li huma bbażati fuq il-​gideb ta’ Satana se jispiċċaw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja