LEZZJONI NRU. 12
X’Jiġri fil-Mewt?
Il-mewt hija l-oppost tal-ħajja. Il-mewt hija bħal raqda fil-fond. (Ġwann 11:11-14) Il-mejtin ma jistgħux jisimgħu, jaraw, jitkellmu, jew jaħsbu f’xi ħaġa. (Koħèlet 9:5, 10) Ir-reliġjon falza tgħallem li l-mejtin imorru f’dinja ta’ l-ispirti biex jgħixu ma’ l-antenati tagħhom. Dan mhux kif tgħallem il-Bibbja.
Dawk li mietu la jistgħu jgħinuna, u lanqas jagħmlulna ħsara. Huwa komuni għan-nies li jagħmlu r-ritwali u s-sagrifiċċji għax jemmnu li bihom se jogħġbu lil dawk li mietu. Dan ma jogħġobx lil Alla għax huwa bbażat fuq waħda mill-gideb ta’ Satana. U lanqas ma jista’ jogħġob lill-mejtin, ladarba huma bla ħajja. M’għandniex nibżgħu mill-mejtin jew nadurawhom. Għandna naduraw biss lil Alla.—Mattew 4:10.
Il-mejtin se jerġgħu jgħixu. Jehovah se jqajjem lill-mejtin għall-ħajja fuq l-art magħmula ġenna. Dan se jseħħ fil-futur. (Ġwann 5:28, 29; Atti 24:15) Alla jista’ jqajjem lil dawk li mietu sewwa sew bħalma int tista’ tqajjem persuna mill-irqad.—Mark 5:22, 23, 41, 42.
L-idea li aħna ma mmutux hija gidba li xerridha Satana x-Xitan. Satana u d-demonji tiegħu jġagħlu lin-nies jaħsbu li l-ispirti tal-mejtin huma ħajjin u jikkaġunaw mard u problemi oħra. Satana jqarraq bin-nies, xi drabi permezz tal-ħolm u viżjonijiet. Jehovah jikkundannahom lil dawk li jipprovaw jitkellmu mal-mejtin.—Dewteronomju 18:10-12.