LEZZJONI NRU. 16
Uri l-Imħabba Tiegħek Lejn Alla
Biex iżżomm ħabib, trid titkellem miegħu. Int tagħtih widen, u hu jagħti widen lilek. Int tgħid ukoll affarijiet tajbin dwar il-ħabib tiegħek m’oħrajn. Hija l-istess ħaġa li tkun ħabib t’Alla. Ikkunsidra x’tgħid il-Bibbja dwar dan:
Tkellem ma’ Jehovah regolarment fit-talb. “Itolbu bla waqfien.”—Rumani 12:12.
Aqra l-Kelma t’Alla, il-Bibbja. “L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb.”—2 Timotju 3:16.
Għallem lil oħrajn dwar Alla. “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha . . . u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.”—Mattew 28:19, 20.
Ersaq qrib il-ħbieb t’Alla. “Min jagħmilha ma’ l-għaref, isir għaref.”—Proverbji 13:20.
Attendi għal-laqgħat fis-Sala tas-Saltna. “Naraw kif nistgħu nħajjru lil xulxin għall-imħabba u għall-għemil tajjeb. . . . Agħmlu l-qalb lil xulxin.”—Lhud 10:24, 25.
Għin fl-appoġġ tax-xogħol tas-Saltna. “Kull wieħed għandu jagħti skond ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors; għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”—2 Korintin 9:7.