LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 12-15
  • ‘Is-Siegħa taʼ Ġudizzju’ Waslet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Is-Siegħa taʼ Ġudizzju’ Waslet
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Materjal Simili
  • Ir-Reliġjon Falza —It-Tmiem Drammatiku Tagħha Jidher minn Qabel
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
  • X’Inhi Babilonja l-Kbira?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jehovah Jumilja Belt Arroganti
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 12-15

‘Is-​Siegħa taʼ Ġudizzju’ Waslet

RIVELAZZJONI, l-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, iġibna konxji tal-​fatt li anġlu li jittajjar f’nofs is-​sema għandu “aħbar tajba taʼ dejjem biex ixandarha bħala bxara taʼ ferħ.” B’leħen għoli jgħid: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għax waslet is-​siegħa biex jagħmel il-​ġudizzju.” (Rivelazzjoni 14:​6, 7) Dik ‘is-​siegħa taʼ ġudizzju’ tinkludi kemm id-​dikjarazzjoni kif ukoll l-​esekuzzjoni taʼ ġudizzju divin. “Siegħa” hija relattivament żmien qasir. L-​esekuzzjoni taʼ ġudizzju se tiġi bħala l-​quċċata taʼ “l-​aħħar jiem” li qed ngħixu fihom bħalissa. Aħna issa qed ngħixu f’dak iż-​żmien.​—2 Timotju 3:1.

‘Is-​siegħa taʼ ġudizzju’ hija aħbar tajba għal dawk li jħobbu s-​sewwa. Dan huwa żmien meta Alla se jġib serħan għall-​qaddejja tiegħu li batew f’idejn din is-​sistema dinjija vjolenti u bla mħabba.

Issa, qabel ma ‘s-​siegħa taʼ ġudizzju’ tikkonkludi bil-​qerda taʼ din is-​sistema dinjija ħażina, aħna niġu mħeġġin: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja.” Qed tagħmlu dan int? Dan jinvolvi iktar milli tgħid, “Jien nemmen f’Alla.” (Mattew 7:​21-​23; Ġakbu 2:​19, 20) Biżaʼ xieraq minn Alla għandu jġagħalna nagħtuh qima profonda. Għandu jqanqalna biex nagħtu daharna lill-​ħażen. (Proverbji 8:​13) Għandu jgħinna biex inħobbu dak li hu tajjeb u nobogħdu dak li hu ħażin. (Għamos 5:​14, 15) Jekk nagħtu unur lil Alla, se nisimgħu minnu b’rispett kbir. M’aħniex se nkunu okkupati żżejjed b’affarijiet oħrajn biex naqraw regolarment il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Se nafdaw fih dejjem u b’qalbna kollha. (Salm 62:9 [62:​8, NW]; Proverbji 3:​5, 6) Dawk li verament jagħtuh unur jirrikonoxxu li bħala l-​Ħallieq tas-​sema u l-​art, hu s-​Sovran Universali, u huma bi mħabba jissottomettu ruħhom lejh bħala s-​Sovran fuq ħajjithom stess. Jekk nirrealizzaw li għandna nagħtu iktar attenzjoni lil dawn l-​affarijiet, ejja nagħmlu dan mingħajr dewmien.

Iż-​żmien taʼ l-​esekuzzjoni tal-​ġudizzju li tkellem dwaru l-​anġlu huwa magħruf ukoll bħala “jum il-​Mulej.”“Jum” bħal dan ġie fuq Ġerusalemm tal-​qedem fis-​sena 607 Q.E.K. minħabba li l-​abitanti tagħha ma tawx kas it-​twissijiet taʼ Ġeħova permezz tal-​profeti tiegħu. Billi baqgħu jaħsbu li l-​jum taʼ Ġeħova kien fadallu ħafna biex jasal, huma komplew jipperikolaw ħajjithom. Ġeħova kien wissiehom: “Fil-​qrib, u riesaq b’ħeffa li ma bħalha!” (Sofonija 1:14) “Jum il-​Mulej” ieħor wasal fuq Babilonja tal-​qedem fis-​sena 539 Q.E.K. (Isaija 13:​1, 6) B’fiduċja fis-​swar li kellhom u fl-​allat tagħhom, il-​Babiloniżi injoraw it-​twissijiet li ngħataw mill-​profeti taʼ Ġeħova. Imma f’lejl wieħed, Babilonja li tant kienet qawwija waqgħet f’idejn il-​Medi u l-​Persjani.

X’qed niffaċċjaw aħna llum? “Jum il-​Mulej” ieħor u b’konsegwenzi akbar. (2 Pietru 3:​11-​14) Ġudizzju minn Alla tħabbar fuq “Babilonja l-​Kbira.” Skond Rivelazzjoni 14:​8, anġlu jiddikjara: “Waqgħet Babilonja l-​Kbira.” Dan diġà seħħ. M’għadhiex tistaʼ żżomm lura lill-​aduraturi taʼ Ġeħova. Il-​korruzzjoni u l-​indħil tagħha fil-​gwerer inkixfu fil-​beraħ. Issa l-​qerda finali tagħha hija fil-​qrib. Minħabba dan, il-​Bibbja tħeġġeġ lin-​nies kullimkien: “Oħorġu minnha [Babilonja l-​Kbira] . . . jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha, u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha. Għax dnubietha nġemgħu u għolew sas-​sema, u Alla ftakar fl-​atti taʼ inġustizzja tagħha.”​—Rivelazzjoni 18:​4, 5.

Babilonja l-​Kbira x’inhi? Din hija s-​sistema globali tar-​reliġjon li għandha l-​karatteristiċi taʼ Babilonja tal-​qedem. (Rivelazzjoni, kapitli 17, 18) Ikkunsidra ftit minn dawn is-​similaritajiet:

• Il-​qassisin taʼ Babilonja tal-​qedem kienu mgħaddsin fil-​politika tal-​pajjiż. Illum, dan huwa minnu għall-​maġġuranza tar-​reliġjonijiet.

• Il-​qassisin taʼ Babilonja ħafna drabi kienu jħeġġu l-​gwerra. Ir-​reliġjon taʼ żmienna ħafna drabi kienet minn taʼ quddiem biex tbierek lis-​suldati meta l-​pajjiżi jidħlu fi gwerra.

• It-​tagħlim u l-​prattiċi taʼ Babilonja tal-​qedem wasslu lin-​nazzjon f’immoralità kbira. Illum, meta l-​mexxejja reliġjużi jwarrbu l-​livell morali tal-​Bibbja, l-​immoralità toktor fost il-​kleru u l-​lajċi. Fatt taʼ min jinnotah ukoll huwa li minħabba li Babilonja lKbira tipprostitwixxi lilha nfisha mad-​dinja u s-​sistemi politiċi tagħha, il-​ktieb taʼ Rivelazzjoni jpinġiha bħala prostituta.

• Il-​Bibbja tgħid ukoll li Babilonja l-​Kbira tgħix “f’lussu bla mistħija.” F’Babilonja tal-​qedem, l-​organizzazzjoni tat-​tempju kienet kisbet ħafna artijiet, u l-​qassisin kienu jkunu minn taʼ quddiem f’attivitajiet kummerċjali. Illum, minbarra postijiet għall-​qima, Babilonja l-​Kbira għandha ħafna negozji u proprjetà. It-​tagħlim u l-​festi tagħha jġibu rikkezzi kbar lilha kif ukoll lil oħrajn fid-​dinja tan-​negozju.

• L-​użu tax-​xbihat, il-​maġija, u s-​seħer kienu komuni f’Babilonja tal-​qedem, bħalma huma f’ħafna postijiet illum. Il-​mewt kienet titqies bħala passaġġ għal tip ieħor taʼ ħajja. Babilonja kienet mimlija b’tempji u kappelli f’ġieh l-​allat tagħha, imma l-​Babiloniżi kienu jopponu lill-​aduraturi taʼ Ġeħova. L-​istess twemmin u prattiċi jidentifikaw lil Babilonja l-​Kbira.

Fl-​imgħoddi, Ġeħova mmanuvra nazzjonijiet politiċi u militari potenti biex jikkastigaw lil dawk li b’mod persistenti ma tawx kas tiegħu u tar-​rieda tiegħu. Kien minħabba f’hekk li s-​Samarija ġiet meqruda mill-​Assirjani fis-​sena 740 Q.E.K. Ġerusalemm tħarbtet mill-​Babiloniżi fis-​sena 607 Q.E.K. u mir-​Rumani fis-​sena 70 E.K. Babilonja, min-​naħa l-​oħra, ġiet konkwistata mill-​Medi u l-​Persjani fis-​sena 539 Q.E.K. Għal żmienna, il-​Bibbja tbassar li l-​gvernijiet politiċi, bħal bhima salvaġġa, se jduru għall-​“prostituta,” ineżżgħuha għarwiena, u jikxfu x’inhi verament. Se jeqirduha kompletament.​—Rivelazzjoni 17:16.

Huwa minnu li l-​gvernijiet tad-​dinja se jagħmlu xi ħaġa bħal din? Il-​Bibbja tistqarr li Alla ‘se jdaħħalhielhom fi qlubhom.’ (Rivelazzjoni 17:17) Se tkun f’daqqa, għal għarrieda, xokkanti, u mhux se tidher bil-​quddiem jew tiġi bil-​mod il-​mod.

X’azzjoni għandek bżonn tieħu? Staqsi lilek innifsek: ‘Għadni jien imqabbad maʼ xi organizzazzjoni reliġjuża li hija mtebbgħa b’tagħlim u prattiċi li jimmarkawha bħala parti minn Babilonja l-​Kbira?’ Anki jekk m’intix membru, tistaʼ tistaqsi lilek innifsek: ‘Ħallejt l-​attitudni tagħha tinfluwenzani?’ Liema xorta t’attitudni? Attitudni li tittollera morali laxki, imħabba għal affarijiet materjali u pjaċiri minflok imħabba għal Alla, jew indifferenza minn jeddek (anki f’affarijiet li jidhru żgħar) għall-​Kelma taʼ Ġeħova. Aħseb bir-​reqqa dwar it-​tweġiba tiegħek.

Sabiex ikollna l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova, huwa vitali li kemm fl-​azzjonijiet tagħna kif ukoll fix-​xewqat taʼ qalbna, nagħtu prova li verament m’aħna ebda parti minn Babilonja l-​Kbira. M’hemmx ħin x’nitilfu. Il-​Bibbja twissina li t-​tmiem ġej ħabta u sabta meta tgħid: “Hekk, bil-​ħeffa se tinxteħet għal isfel Babilonja, il-​belt il-​kbira, u qatt iktar ma terġaʼ tinstab.”​—Rivelazzjoni 18:21.

Imma hemm iktar minn hekk. F’aspett ieħor taʼ dik ‘is-​siegħa taʼ ġudizzju,’ Alla Ġeħova se jitlob kont mis-​sistema globali tal-​politika, il-​ħakkiema tagħha, u dawk kollha li jinjoraw id-​dritt li għandu biex jaħkem permezz tas-​Saltna Messjanika tiegħu f’idejn Ġesù Kristu. (Rivelazzjoni 13:​1, 2; 19:​19-​21) Il-​viżjoni profetika mniżżla f’Danjel 2:​20-​45 tpinġi lill-​ħakma politika minn żmien Babilonja tal-​qedem sa llum bħala statwa ġganteska magħmula mid-​deheb, fidda, bronż, ħadid, u tafal. Dwar żmienna, il-​profezija bassret: “Alla tas-​sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt.” U dwar dak li l-​ħakma għad trid tagħmel matul ‘is-​siegħa taʼ ġudizzju’ taʼ Ġeħova, il-​Bibbja tiddikjara: “Hija tfarrak u ttemm is-​saltniet l-​oħra kollha [magħmulin mill-​bniedem], waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”​—Danjel 2:​44.

Il-Bibbja twissi lill-​aduraturi veri biex ma jħobbux “dak li hemm fid-​dinja”​—il-​mod taʼ ħajja li tinkuraġġixxi din id-​dinja mbiegħda mill-​Alla veru. (1 Ġwanni 2:​15-​17) Juru d-​deċiżjonijiet u l-​azzjonijiet tiegħek li int favur is-​Saltna t’Alla bla ebda kompromess? Int tassew qed tpoġġiha l-​ewwel f’ħajtek?​—Mattew 6:​33; Ġwanni 17:​16, 17.

[Kaxxa f’paġna 14]

Meta Se Jiġi t-​Tmiem?

“F’siegħa li ma tistennewhiex ġej Bin il-​bniedem.”​—Mattew 24:44.

“Ibqgħu għassa għax la tafu l-​jum u lanqas is-​siegħa.”​—Mattew 25:13.

“Ma tiddawwarx ma tasal.”​—Ħabakkuk 2:3.

[Kaxxa f’paġna 14]

Se Tagħmel Xi Differenza Jekk Tkun Taf?

Kieku tkun taf fiċ-​ċert li l-​esekuzzjoni taʼ ġudizzju divin li riesaq mhux se sseħħ qabel ftit snin oħra, se jbiddel dan il-​mod kif qed tuża ħajtek? Jekk it-​tmiem taʼ din is-​sistema qadima diġà ttardja iktar milli ħsibt, ħallejt int dan il-​fatt iġagħlek tnaqqas mill-​attività fis-​servizz taʼ Ġeħova?​—Ebrej 10:​36-​38.

Il-​fatt li ma nafux iż-​żmien eżatt jagħtina opportunità biex nuru li aħna naqdu lil Alla b’motivi puri. Dawk li jafu lil Ġeħova jirrealizzaw li jekk fl-​aħħar minuta jibdew juru ż-​żelu, m’humiex se jimpressjonaw lil Alla, li jara x’fiha l-​qalb.​—Ġeremija 17:10; Ebrej 4:​13.

Għal dawk li sinċerament iħobbu lil Ġeħova, hu dejjem jiġi l-​ewwel. Bħal nies oħrajn, il-​Kristjani veri għandhom mnejn jagħmlu xogħol sekulari. Madankollu, il-​mira tagħhom m’hijiex li jsiru sinjuri, imma li jkollhom affarijiet materjali biżżejjed u xi ftit ieħor biex jaqsmu maʼ ħaddieħor. (Efesin 4:​28; 1 Timotju 6:​7-​12) Huma jgawdu wkoll rikreazzjoni li ssaħħaħ u anki xi naqra bidla fir-​rutina, imma x-​xewqa tagħhom hija li jkunu rifreskati, mhux biex sempliċement jagħmlu bħalma qed jagħmel ħaddieħor. (Marku 6:​31; Rumani 12:2) Bħal Ġesù Kristu, huma jitgħaxxqu jagħmlu r-​rieda t’Alla.​—Salm 37:4; 40:9 (40:​8, NW).

Il-​Kristjani veri jridu jgħixu u jaqdu lil Ġeħova għal dejjem. Dak il-​prospett m’huwiex inqas prezzjuż għalihom minkejja li jkollhom jistennew għal ċerti barkiet ftit iktar minn kemm ħasbu xi wħud.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 15]

Il-​Kwistjoni tas-​Sovranità

Biex nifhmu għala Alla jippermetti din is-​sofferenza kollha, għandna bżonn nifhmu l-​kwistjoni tas-​sovranità. X’inhi s-​sovranità? Din hija s-​supremazija taʼ l-​awtorità.

Minħabba li Ġeħova huwa l-​Ħallieq, hu għandu d-​dritt li jaħkem fuq l-​art u fuq dawk kollha li jgħixu fiha. Madankollu, il-​Bibbja tispjega li kmieni fl-​istorja tal-​bniedem, is-​sovranità taʼ Ġeħova ġiet sfidata. Satana x-​Xitan sostna li Ġeħova kien restrittiv iżżejjed, li Hu kien gideb lill-​ewwel ġenituri tagħna dwar x’kien se jiġri jekk huma jinjoraw il-​liġi taʼ Ġeħova u jagħmlu l-​affarijiet kif jidhrilhom huma, u li jkun ħafna aħjar li kieku huma jaħkmu lilhom infushom mingħajr Alla.​—Ġenesi, kapitli 2, 3.

Kieku Alla qered mill-​ewwel lil dawk li rribellaw, dan kien juri x’qawwa kellu, imma l-​kwistjonijiet li tqajmu ma kinux se jissolvew. Minflok ma qered lir-​ribelli dak il-​ħin, Ġeħova ħalla lill-​ħolqien intelliġenti kollu jara b’għajnejh ir-​riżultat tar-​ribelljoni. Għalkemm involva t-​tbatija, dan tana wkoll l-​opportunità li nitwieldu.

Iktar minn hekk, b’sagrifiċċju kbir għalih innifsu, Ġeħova bl-​imħabba għamel provvediment biex dawk il-​bnedmin li jobduh u jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ibnu bħala fidwa setgħu jinħelsu mid-​dnub u l-​konsegwenzi tiegħu u jgħixu fil-​Ġenna taʼ l-​art. Jekk ikun hemm bżonn, dan setaʼ jseħħ permezz taʼ irxoxt mill-​mewt.

Il-​fatt li Alla ħalla ż-​żmien biex tissolva l-​kwistjoni ta l-​opportunità lill-​qaddejja tiegħu biex juru li huma kapaċi jwieġbu għall-​imħabba li hu wera u jagħtu prova taʼ l-​integrità tagħhom lil Ġeħova f’kull ċirkustanza. L-​issetiljar tal-​kwistjoni tas-​sovranità t’Alla, flimkien mal-​kwistjoni marbuta magħha taʼ l-​integrità tal-​bniedem, huwa vitali sabiex ikun hemm ir-​rispett xieraq għal-​liġijiet u l-​prinċipji fl-​univers kollu. Mingħajr dan, il-​paċi vera qatt ma tkun possibbli.a

[Nota taʼ taħt]

a Dawn il-​kwistjonijiet u l-​implikazzjonijiet tagħhom huma diskussi f’iktar dettall fil-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Stampa]

Is-​sistema globali taʼ ħakma politika se tiġi fi tmiemha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja