LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lv pp. 215-218
  • Frazzjonijiet tad-Demm u Proċeduri tal-Kirurġija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Frazzjonijiet tad-Demm u Proċeduri tal-Kirurġija
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Materjal Simili
  • Alla X’Jaħseb Dwar id-Demm?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Aċċetta l-Gwida t’Alla l-Ħaj
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
“Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
lv pp. 215-218

Frazzjonijiet tad-​Demm u Proċeduri tal-​Kirurġija

Frazzjonijiet tad-​demm. Il-​frazzjonijiet jittieħdu mill-​erbaʼ komponenti primarji tad-​demm—iċ-​ċelluli ħomor, iċ-​ċelluli bojod, il-​platelets, u l-​plasma. Per eżempju, iċ-​ċelluli ħomor fihom il-​proteina taʼ l-​emoglobina. Prodotti magħmulin mill-​emoglobina tal-​bniedem jew taʼ l-​annimal intużaw bħala kura għal pazjenti li jkollhom anemija kbira jew li jkunu tilfu kwantità kbira taʼ demm.

Il-plasma—li 90 fil-​mija minnha huwa ilma—iġġorr ħafna ormoni, melħ mhux organiku, enzimi, u nutrijenti, inkluż minerali u zokkor. Il-​plasma ġġorr ukoll sustanzi li bihom jagħqad id-​demm, antibodies biex jiġġieldu kontra l-​mard, u proteini bħall-​albumina. Jekk xi ħadd ikun suxxettibbli għal ċertu mard, it-​tobba għandhom mnejn jordnawlu injezzjonijiet tal-​gamma globulina meħuda mill-​plasma taʼ nies li diġà kellhom l-​immunità. Iċ-​ċelluli bojod tad-​demm jistgħu jkunu sors taʼ interferons u interleukins, użati fil-​kura tal-​kanċer u taʼ infezzjonijiet kaġunati minn virus.

Għandhom il-​Kristjani jaċċettaw terapiji bl-​użu tal-​frazzjonijiet tad-​demm? Il-​Bibbja ma tagħtix dettalji speċifiċi, u għalhekk kull wieħed irid jieħu deċiżjoni persunali quddiem Alla u skond il-​kuxjenza tiegħu. Xi wħud jirrifjutaw il-​frazzjonijiet kollha u jirraġunaw li skond il-​Liġi t’Alla lil Israel kien meħtieġ li d-​demm li jitneħħa mill-​annimal ‘jitferraʼ fl-​art.’ (Dewteronomju 12:22-24) Oħrajn, filwaqt li jirrifjutaw trasfużjonijiet tad-​demm sħiħ jew tal-​komponenti prinċipali tiegħu, għandhom mnejn jaċċettaw kura b’xi frazzjoni. Jistgħu jirraġunaw li f’ċertu punt il-​frazzjonijiet li ttieħdu mid-​demm ma jibqgħux jirrappreżentaw il-​ħajja taʼ dak li minnu ttieħed id-​demm.

Meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet dwar il-​frazzjonijiet tad-​demm, ikkunsidra l-​mistoqsijiet li ġejjin: Konxju jien li jekk nirrifjuta l-​frazzjonijiet kollha tad-​demm ikun ifisser li ma naċċettax ċerti medikazzjonijiet li jinkludu prodotti mid-​demm użati biex jiġġieldu l-​mard jew li jistgħu jgħinu lid-​demm jagħqad biex ma jibqax ħiereġ? Kapaċi jien nispjega lit-​tabib għala nirrifjuta jew naċċetta l-​użu taʼ wieħed jew iktar frazzjonijiet tad-​demm?

Proċeduri tal-​kirurġija. Dawn jinkludu l-​hemodilution u s-​cell salvage. Fil-​hemodilution, id-​demm joħroġ mill-​ġisem, minfloku tingħata sustanza li tespandi l-​volum tad-​demm, u mbagħad jitpoġġa lura fil-​pazjent. Il-​proċedura tas-​cell salvage ssalva u tirritorna d-​demm li ntilef waqt operazzjoni. Id-​demm li jiġi salvat minn xi ferita jew ħofra fil-​ġisem jiġi maħsul jew imsoffi, u mbagħad jiddaħħal lura fil-​pazjent. Peress li l-​metodi taʼ l-​applikar taʼ dawn it-​tekniki jvarjaw minn tabib għal ieħor, il-​Kristjan għandu jsir jaf x’bi ħsiebu jagħmel it-​tabib tiegħu.

Meta tiġi biex tieħu xi deċiżjonijiet dwar dawn il-​proċeduri, staqsi lilek innifsek: ‘Jekk ftit minn demmi jiġi diriġut ’il barra minn ġismi u din id-​direzzjoni titwaqqaf għal ċertu ħin, se tippermettili l-​kuxjenza tiegħi nqis dan id-​demm bħala li għadu parti minni, u b’hekk m’hemmx bżonn li ‘jitferraʼ fl-​art’? (Dewteronomju 12:23, 24) Se tniggiżni l-​kuxjenza tiegħi mħarrġa fuq il-​Bibbja jekk waqt xi proċedura medika ftit minn demmi stess kellu jittieħed, jitħallat b’xi mediċina, u jitpoġġa lura f’ġismi? Konxju jien li jekk nirrifjuta l-​proċeduri mediċi kollha rigward l-​użu taʼ demmi stess ikun ifisser li ma naċċettax xi test tad-​demm, il-​hemodialysis, jew il-​magna użata f’operazzjonijiet tal-​qalb u l-​pulmun?’

Il-​Kristjan għandu jiddeċiedi għalih innifsu kif jippermetti li jiġi trattat demmu waqt xi proċedura kirurġika. L-​istess japplika għal testijiet mediċi u terapiji kurrenti li jinvolvu li jittieħed ammont żgħir mid-​demm taʼ dak li jkun, forsi jiġi mibdul b’xi mod, u mbagħad jerġaʼ jiġi injettat.

[Kaxxa f’paġna 217]

XI MISTOQSIJIET LI TISTAʼ TAGĦMEL LIT-​TABIB

Jekk ikollok bżonn tagħmel xi operazzjoni jew tieħu xi kura li tinvolvi xi prodott tad-​demm, kun żgur li tkun imlejt id-​dokumentazzjoni legali xierqa, bħall-​Prokura tas-​Saħħa, li hi magħmula biex tipproteġik minn trasfużjoni tad-​demm. Flimkien maʼ dan, tistaʼ tistaqsi l-​mistoqsijiet li ġejjin lit-​tabib tiegħek:

▪ Jafu l-​membri kollha involuti taʼ l-​istaff mediku li bħala wieħed jew waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, jien ma rrid ningħata l-​ebda trasfużjoni tad-​demm (demm sħiħ, ċelluli ħomor, ċelluli bojod, platelets, jew plasma tad-​demm) fl-​ebda ċirkustanza?

▪ Jekk niġi rikkmandat nieħu xi mediċina li fiha l-​frazzjonijiet tad-​demm, minn xiex inhi magħmula? Kemm se ningħata minn din il-​mediċina, u b’liema mod?

▪ Jekk il-​kuxjenza tiegħi tippermettili naċċetta xi frazzjoni tad-​demm, x’inhuma r-​riskji mediċi? Liema terapiji oħrajn huma disponibbli?

Qabel ma tiddeċiedi fuq xi ħaġa milli semmejna, esprimi t-​tħassib tiegħek maʼ Ġeħova fit-​talb. Hu jwiegħed li jagħti l-​għerf meħtieġ lil dawk kollha li ‘jibqgħu jitolbu’ għalih b’fidi.—Ġakbu 1:5, 6.

[Tabella f’paġna 216]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test ara l-​pubblikazzjoni)

DEMM SĦIĦ

MHUX Ċelluli Ċelluli Platelets Plasma

AĊĊETTABBLI Ħomor Bojod

DEĊIŻJONI Frazzjonijiet Frazzjonijiet Frazzjonijiet Frazzjonijiet

TAL-​ minn minn mill-​ mill-​

KRISTJAN ċelluli ċelluli plasma platelets

ħomor bojod

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja