Għanja 17
Irsistu, Intom ix-Xhieda!
1. Sodi w qawwija waqt dan iż-żmien tat-tmiem,
U lesti l-aħbar niddefendu lkoll flimkien.
Għalkemm ix-Xitan jittantana,
Navanzaw b’saħħet Alla tant felħana.
(KOR)
Irsistu ilkoll, intom Xhieda qalbenin!
Bil-ferħ għax fix-xogħ’l t’Alla ġejtu mistidnin!
Li l-ġenna tinsab viċin għidu lil kulħadd,
Dalwaqt Alla se jġib barkiet bla għadd.
2. T’Alla s-suldati le żgur ma jitgħażżnux.
Lid-dinja, ’l-ħakkiema żgur aħna ma nogħġbux.
U nibqgħu bla tebgħa l-ħin kollu,
Biex inkomplu l-integrità inżommu.
(KOR)
Irsistu ilkoll, intom Xhieda qalbenin!
Bil-ferħ għax fix-xogħ’l t’Alla ġejtu mistidnin!
Li l-ġenna tinsab viċin għidu lil kulħadd,
Dalwaqt Alla se jġib barkiet bla għadd.
3. T’Alla is-Saltna żebilħu ferm bil-kbir;
Lil ismu l-qaddis huma ġabu wisq tkażbir.
Ejjew flimkien ’l Alla inqaddsu,
Lil kull ġens u tribù inxandru dwaru.
(KOR)
Irsistu ilkoll, intom Xhieda qalbenin!
Bil-ferħ għax fix-xogħ’l t’Alla ġejtu mistidnin!
Li l-ġenna tinsab viċin għidu lil kulħadd,
Dalwaqt Alla se jġib barkiet bla għadd.
(Ara wkoll Flp. 1:7; 2 Tim. 2:3, 4; Ġak. 1:27.)