Għanja 30
Ġeħova Jibda Jaħkem
1. X’jum kbir, glorjuż huwa dan! Saltnatu qed twettaq l-għan.
Hu poġġa l-Ġebl’ Ewlenija f’Sijon.
Għollu il-vuċi b’tifħir. Għannu lil Alla b’ferħ kbir.
Kristu l-Mulej, Feddej ġie mqiegħed fuq it-tron.
(KOR)
X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-Saltna?
Rebħa tal-ħaqq u l-verità.
X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-Saltna?
Ħajja bla tmiem, feliċità.
Faħħru lis-Sovran Ġeħova
Għall-imħabba w fedeltà.
2. Kristu illum b’setgħa fl-id, U Armageddon hi qrib.
Tal-għadu d-dinja żgur waslet fit-tmiem.
Issa ż-żmien biex nippritkaw. Għad fadal x’nikkuntattjaw.
Biex l-umli jieqaf sod ma’ Alla hu iż-żmien.
(KOR)
X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-Saltna?
Rebħa tal-ħaqq u l-verità.
X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-Saltna?
Ħajja bla tmiem, feliċità.
Faħħru lis-Sovran Ġeħova
Għall-imħabba w fedeltà.
3. T’Alla l-Ħakkiem hu prezzjuż. F’għajnejna huwa grandjuż.
Ġej f’isem Alla; immilu lkoll lejh.
Idħlu minn tat-tempju l-bieb! Siru wħud li m’Alla ħbieb.
Daqt jisbaħ jum li fih din l-art tkun taħt idejh.
(KOR)
X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-Saltna?
Rebħa tal-ħaqq u l-verità.
X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-Saltna?
Ħajja bla tmiem, feliċità.
Faħħru lis-Sovran Ġeħova
Għall-imħabba w fedeltà.
(Ara wkoll it-2 Sam. 7:22; Dan. 2:44; Riv. 7:15.)