LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 26 p. 30
  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • “Bxajjar taʼ Ferħ” mill-Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Kunu Qarrejja Henjin tal-Ktieb t’Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ħelsien fir-Rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 26 p. 30

IS-​26 TAQSIMA

Ġenna tal-​Art mill-​Ġdid!

Permezz tas-​Saltna mmexxija minn Kristu, Ġeħova jqaddes l-​isem Tiegħu, jivvindika s-​sovranità Tiegħu, u jneħħi l-​ħażen kollu

L-​AĦĦAR ktieb tal-​Bibbja, imsejjaħ Rivelazzjoni jew Apokalissi, jagħti tama lill-​bnedmin kollha. Dan il-​ktieb, li nkiteb mill-​appostlu Ġwanni, fih viżjonijiet li jilħqu l-​quċċata tagħhom meta jitwettaq l-​iskop taʼ Ġeħova.

Fl-​ewwel viżjoni, Ġesù rxoxtat ifaħħar u jikkoreġi lil diversi kongregazzjonijiet. Il-​viżjoni taʼ wara tiħodna quddiem it-​tron t’Alla fis-​sema, fejn il-​ħlejjaq spirti qed ifaħħruh.

Hekk kif l-​iskop t’Alla jimxi ’l quddiem, il-​Ħaruf, Ġesù Kristu, jirċievi romblu b’sebaʼ siġilli. Malli jinfetħu l-​ewwel erbaʼ siġilli, xi rikkieba simboliċi taż-​żwiemel jidhru fix-​xena tad-​dinja. L-​ewwel wieħed hu Ġesù riekeb fuq żiemel abjad u nkurunat Sultan. Imbagħad jiġu rikkieba oħrajn fuq żwiemel taʼ lwien differenti. B’mod profetiku dawn jirrappreżentaw il-​gwerer, il-​ġuħ, u l-​mard li jittieħed—li lkoll iseħħu matul l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema. Meta jinfetaħ is-​sebaʼ siġill jibda jinstemaʼ d-​daqq taʼ sebaʼ trumbetti simboliċi, li jindikaw it-​tħabbir tal-​ġudizzji t’Alla. Dawn iwasslu għal sebaʼ kastigi simboliċi, jew espressjonijiet tar-​rabja t’Alla.

Is-​Saltna t’Alla, rappreżentata minn tarbija tifel li għadu kif jitwieled, tiġi stabbilita. Tfaqqaʼ gwerra, u Satana u l-​anġli ħżiena tiegħu jintefgħu ’l isfel lejn l-​art. “Gwaj għall-​art,” jgħid leħen għoli. Ix-​Xitan għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.—Rivelazzjoni 12:12.

Ġwanni jara lil Ġesù fis-​sema rappreżentat bħala ħaruf, u miegħu 144,000 magħżulin minn fost il-​bnedmin. Dawn se “jsaltnu” maʼ Ġesù. B’hekk, il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni juri li l-​membri sekondarji tan-​nisel se jgħoddu 144,000.—Rivelazzjoni 14:1; 20:6.

Il-​ħakkiema tal-​art jinġabru flimkien għal Armageddon, “il-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.” Dawn jiggwerraw maʼ dak li riekeb fuq iż-​żiemel l-​abjad—Ġesù, li jmexxi l-​armati tas-​sema. Il-​ħakkiema kollha taʼ din id-​dinja jinqerdu. Satana jiġi marbut, u Ġesù u l-​144,000 jaħkmu għal fuq l-​art għal “elf sena.” Wara l-​elf sena, Satana jinqered.—Rivelazzjoni 16:14; 20:4.

Ir-​Renju Millennjali taʼ Kristu u taʼ dawk li jaħkmu miegħu, x’se jfisser għall-​bnedmin ubbidjenti? Ġwanni jikteb: “[Ġeħova] jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.” (Rivelazzjoni 21:4) L-​art issir ġenna!

B’hekk, il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jikkonkludi l-​messaġġ tal-​Bibbja. Permezz tas-​Saltna Messjanika, l-​isem taʼ Ġeħova jitqaddes u s-​sovranità tiegħu tiġi vindikata kompletament u għall-​eternità kollha!

—Ibbażat fuq il-​​ktieb tar-​Rivelazzjoni.

  • Xi jfissru r-​rikkieba simboliċi taż-​żwiemel?

  • Liema affarijiet drammatiċi jseħħu hekk kif l-​iskop t’Alla jimxi ’l quddiem?

  • X’inhi Armageddon, u x’inhu r-​riżultat tagħha?

“BABILONJA L-​KBIRA”

Fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni, ir-​reliġjonijiet foloz kollha—jiġifieri, ir-​reliġjonijiet li jopponu lill-​Alla l-​veru—huma identifikati kollha f’daqqa bħala “l-​prostituta l-​kbira.” Din tissejjaħ “Babilonja l-​Kbira,” u hi tbigħ, jew tipprostitwixxi, lilha nfisha lill-​qawwiet politiċi tad-​dinja. Fiż-​żmien xieraq t’Alla Ġeħova, jgħid Rivelazzjoni, dawn il-​qawwiet se jduru għal din il-​prostituta u jeqirduha.—Rivelazzjoni 17:1-​5, 16, 17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja