LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • fg lezzjoni 8 mist. 1-5
  • Alla Għala Jippermetti l-Ħażen u t-Tbatija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Għala Jippermetti l-Ħażen u t-Tbatija?
  • Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Materjal Simili
  • Min verament jaħkem din id-dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Għala hawn daqstant tbatija?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Għala Jiġru Affarijiet Ħżiena, u n-Nies Għala Jbatu?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Alla Għala Jippermetti s-Sofferenza?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
fg lezzjoni 8 mist. 1-5

LEZZJONI 8

Alla Għala Jippermetti l-​Ħażen u t-​Tbatija?

1. Kif beda l-​ħażen?

1. Adam iħares lejn il-frotta projbita; 2. Diversi ħakkiema umani; 3. Stampi tal-gwerra

Alla ħalla l-bnedmin jaħkmu għal biżżejjed żmien biex juri li ma jistgħux isolvu l-problemi tal-umanità

Il-​ħażen beda fuq l-​art meta Satana qal l-​ewwel gidba. Satana oriġinalment kien anġlu perfett, imma “ma żammx sħiħ fil-​verità.” (Ġwanni 8:44) Żviluppa xewqa għall-​qima li bi dritt hi t’Alla biss. Satana gideb lill-​ewwel mara, Eva, u pperswadieha biex tobdi lilu minflok lil Alla. Adam ingħaqad m’Eva f’li ma jobdix lil Alla. Id-​deċiżjoni t’Adam wasslet għal tbatija u mewt.​—Aqra Ġenesi 3:1-​6, 19.

Meta Satana ssuġġerixxa li Eva ma tobdix lil Alla, kien qed jibda ribelljoni kontra s-​sovranità t’Alla, jew il-​pożizzjoni Tiegħu bħala l-​Iktar Għoli. Il-​biċċa l-​kbira mill-​umanità ngħaqdet maʼ Satana f’li tiċħad lil Alla bħala l-​Ħakkiem tagħha. B’hekk, Satana sar “il-​ħakkiem tad-​dinja.”​—Aqra Ġwanni 14:30; 1 Ġwanni 5:19.

2. Kien il-​ħolqien t’Alla difettuż?

L-​għemejjel t’Alla huma kollha perfetti. Il-​bnedmin u l-​anġli li ħalaq Alla kienu kapaċi jobdu lil Alla perfettament. (Dewteronomju 32:4, 5) Alla ħalaqna bil-​libertà li nagħżlu bejn li nagħmlu t-​tajjeb u l-​ħażin. Din il-​libertà tagħtina opportunità biex nuru mħabbitna għal Alla.​—Aqra Ġakbu 1:13-​15; 1 Ġwanni 5:3.

3. Alla għala ppermetta t-​tbatija s’issa?

Għal żmien limitat, Ġeħova ħalla r-​ribelljoni kontra s-​sovranità tiegħu tibqaʼ għaddejja. Għala? Biex juri li l-​ebda ħakma indipendenti minnu mhi taʼ benefiċċju għan-​nies. (Ekkleżjasti 7:29; 8:9) Wara 6,000 sena taʼ storja umana, l-​evidenza tidher ċara daqs il-​kristall. Il-​ħakkiema umani ma rnexxilhomx itemmu l-​gwerer, il-​kriminalità, l-​inġustizzja, jew il-​mard.​—Aqra Ġeremija 10:23; Rumani 9:17.

B’kuntrast mal-​ħakma umana, il-​ħakma t’Alla hi taʼ ġid għal dawk li jaċċettawha. (Isaija 48:17, 18) Ġeħova dalwaqt se jeqred il-​gvernijiet umani kollha. Dawk biss li jagħżlu li jissottomettu ruħhom lejn il-​ħakma t’Alla se jgħixu fuq l-​art.​—Isaija 11:9.​—Aqra Danjel 2:44.

Ara l-vidjow Alla għala jippermetti t-​tbatija?

4. X’opportunità għandna grazzi għall-​paċenzja t’Alla?

Satana sostna li ħadd mhu se jaqdi lil Alla sforz l-​imħabba mhix egoistika. Tixtieq toħorġu taʼ giddieb? Tistaʼ tagħmel dan! Il-​paċenzja t’Alla tħalli lil kull wieħed u waħda minna juri jekk jippreferix il-​ħakma t’Alla jew tal-​bnedmin. Nuru x’inhi l-​għażla tagħna bil-​mod kif ngħixu ħajjitna.​—Aqra Ġob 1:8-​12; Proverbji 27:11.

5. Kif nistgħu nagħżlu ’l Alla bħala l-​Ħakkiem tagħna?

Nies jistudjaw il-Bibbja

L-għażliet li nagħmlu jikxfu jekk irridux lil Alla bħala l-Ħakkiem tagħna

Nistgħu nagħżlu ’l Alla bħala l-​Ħakkiem tagħna billi nitgħallmu dwar il-​qima vera bbażata fuq il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, u billi nipprattikaw din il-​qima. (Ġwanni 4:23) Nistgħu niċħdu lil Satana bħala l-​ħakkiem tagħna billi ma nindaħlux fil-​politika u fil-​gwerer, kif għamel Ġesù.​—Aqra Ġwanni 17:14.

Satana juża l-​qawwa tiegħu biex jippromwovi prattiki immorali u taʼ ħsara. Meta nirrifjutaw prattiki bħal dawn, xi ħbieb u qraba għandhom mnejn iwaqqgħuna għaċ-​ċajt jew jopponuna. (1 Pietru 4:3, 4) Allura għandna għażla quddiemna. Se nissieħbu maʼ nies li jħobbu lil Alla? Se nobdu l-​liġijiet għaqlin u taʼ mħabba tiegħu? Jekk nagħmlu hekk, nagħtu prova li Satana gideb meta sostna li ħadd ma jobdi lil Alla taħt pressjoni.​—Aqra l-​1 Korintin 6:9, 10; 15:33.

L-​imħabba t’Alla għall-​bnedmin hi garanzija li l-​ħażen u t-​tbatija se jintemmu. Dawk li juru li jemmnu dan se jgawdu l-​ħajja fuq l-​art għal dejjem.​—Aqra Ġwanni 3:16.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja