LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 14 pp. 30-31
  • Saltna li se taħkem fuq id-dinja kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saltna li se taħkem fuq id-dinja kollha
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Il-Ħbieb t’Alla Se Jgħixu f’Ġenna taʼ l-Art
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 14 pp. 30-31
Ġesù Kristu jmexxi bħala Sultan fuq l-art magħmula Ġenna

LEZZJONI 14

Saltna li se taħkem fuq id-dinja kollha

Tistaʼ taqtaʼ dwar liema Saltna qed nitkellmu?— Iva, hi s-​Saltna t’Alla, is-​Saltna li se tagħmel id-​dinja ġenna tal-​art. Tixtieq issir taf iktar dwar din is-​Saltna?—

Kull saltna għandha sultan. U s-​sultan jaħkem fuq in-​nies taʼ pajjiżu. Taf min hu s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla?— Ġesù Kristu. Hu jgħix fis-​sema. Dalwaqt se jkun is-​Sultan fuq kulħadd fid-​dinja! Taħseb li se nkunu ferħanin meta Ġesù jkun is-​Sultan fuq id-​dinja kollha?—

Inti għal xiex qed tħares ’il quddiem fil-Ġenna tal-art?

Se nkunu ferħanin ħafna! Fil-​Ġenna tal-​art, in-​nies mhux se jibqgħu jiġġieldu jew imorru għall-​gwerra. Kulħadd se jħobb lil xulxin. Ħadd mhu se jimrad jew imut. L-​għomja se jaraw, it-​torox se jisimgħu, u dawk li ma jistgħux jimxu se jkunu jistgħu jiġru u jaqbżu. Kulħadd se jkollu ħafna x’jiekol. U l-​annimali se jkunu ħbieb maʼ xulxin u magħna wkoll. Nies li mietu se jerġgħu jgħixu. Ħafna mill-​irġiel u n-​nisa li tgħallimt dwarhom f’dan il-​browxer bħal Rebekka, Raħab, David, u Elija wkoll se jerġgħu jgħixu! Tixtieq tiltaqaʼ magħhom meta jiġu lura?—

Ġeħova jħobbok u jridek tkun ferħan. Jekk tibqaʼ titgħallem dwar Ġeħova u tobdih, se tkun tistaʼ tgħix għal dejjem f’ġenna tal-​art mill-​isbaħ! Inti hekk tixtieq?—

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Isaija 2:4; 11:6-9; 25:8; 33:24; 35:5, 6

  • Ġwanni 5:28, 29; 17:3

MISTOQSIJIET:

  • Min hu s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla?

  • Ġesù fuq min se jkun Sultan?

  • Kif se jkunu l-​affarijiet meta Ġesù jaħkem fuq id-​dinja?

  • Jekk trid tgħix għal dejjem fil-​Ġenna tal-​art, x’għandek tagħmel?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja