LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 3 pp. 9-11
  • Kif issolvu l-problemi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif issolvu l-problemi
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 IDDISKUTU L-PROBLEMA
  • 2 AGĦTI WIDEN U PPROVA IFHEM
  • 3 APPLIKAW DAK LI TKUNU TKELLIMTU DWARU
  • Insolvu l-Problemi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ittratta lil Sieħbek fiż-Żwieġ bir-Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kunu leali lejn xulxin
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Duru lejn Alla għal żwieġ hieni
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 3 pp. 9-11
Raġel jagħti widen lil martu hekk kif tiftaħ qalbha miegħu

It-3 Taqsima

Kif issolvu l-problemi

“Ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin, għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pietru 4:8

Hekk kif int u s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek tibdew ħajjitkom flimkien, se jqumu diversi problemi. Dawn jistgħu jiġu minħabba li kull wieħed minnkom jaħseb, iħoss, u jqis l-​affarijiet b’mod differenti. Problemi oħrajn jistgħu jiġu minn affarijiet barra l-​familja u minn ġrajjiet mhux mistennijin.

Il-​Bibbja tagħtina l-​parir biex niffaċċjaw il-​problemi tagħna, u mhux nagħlqu għajnejna għalihom. (Mattew 5:23, 24) Se ssib l-​aqwa soluzzjonijiet għall-​problemi tiegħek billi tapplika l-​prinċipji tal-​Bibbja.

1 IDDISKUTU L-PROBLEMA

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Hemm . . . żmien li titkellem.” (Ekkleżjasti 3:1, 7) Agħmlu ċert li tqattgħu ħin flimkien titkellmu dwar il-​problema. Ħalli lill-​persuna l-​oħra tkun taf kif qed tħossok verament u x’taħseb dwar is-​suġġett. Dejjem ‘għid il-​verità’ lir-​raġel jew lill-​mara tiegħek. (Efesin 4:25) Anki meta jkollok sentimenti qawwijin, irreżisti t-​tentazzjoni li tiġġieled. Tweġiba kalma tistaʼ żżomm diskussjoni sempliċi milli tikber u tispiċċa fi ġlieda.—Proverbji 15:4; 26:20.

Anki jekk ma taqbilx, ibqaʼ uri l-​ħlewwa u dejjem ftakar li għandek turi mħabba u rispett lejn is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek. (Kolossin 4:6) Ipprova solvi l-​kwistjoni malajr kemm jistaʼ jkun, u qatt tieqaf tikkomunika.—Efesin 4:26.

Imseħbin fiż-żwieġ jiddiskutu problema flimkien

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Warrbu ħin xieraq biex tiddiskutu l-​problema

  • Meta jkun imissek tagħti widen, taqbiżx fin-​nofs. Ikollok ċans titkellem iktar tard

2 AGĦTI WIDEN U PPROVA IFHEM

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Ħa jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin bi mħabba lejn l-​aħwa. Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw lil xulxin.” (Rumani 12:10) Il-​mod kif tagħti widen hu importanti ħafna. B’umiltà pprova ifhem il-​ħarsa tas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek. (1 Pietru 3:8; Ġakbu 1:19) Tagħmilx tabirruħek li qed tagħti widen, imma fil-​verità ma tkunx. Meta jkun possibbli, ieqaf minn dak li tkun qed tagħmel u ismaʼ b’attenzjoni lil żewġek jew lil martek, jew ftiehmu biex titkellmu iktar tard. Jekk tqis lil martek jew lil żewġek bħala l-​ħabib tiegħek minflok bħala l-​għadu tiegħek, m’intix se ‘tgħaġġel biex tieħu għalik.’—Ekkleżjasti 7:9.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Ibqaʼ agħti widen b’moħħ miftuħ, anki jekk dak li tkun qed tismaʼ ma jdoqqlokx għal widnejk

  • Ifhem verament xi tkun qed tgħid il-​persuna l-​oħra billi tinnota l-​mod kif tkun qed iġġib ruħha u t-​ton tal-​leħen tagħha

3 APPLIKAW DAK LI TKUNU TKELLIMTU DWARU

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “F’kull tip taʼ taħbit hemm vantaġġ, imma l-​kelma tax-​xofftejn waħedha ġġib l-​għaks.” (Proverbji 14:23) Mhux biżżejjed li taqblu fuq soluzzjoni tajba. Jeħtieġ li tapplikaw dak li tkunu ddeċidejtu flimkien. Dan għandu mnejn jinvolvi xogħol iebes u ħafna sforz, imma se jkun taʼ ġid għalikom. (Proverbji 10:4) Jekk taħdmu flimkien bħala team, se tiġu “premjati tajjeb għax-​xogħol iebes” tagħkom.—Ekkleżjasti 4:9.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Iddeċiedu x’tistgħu tagħmlu biex issolvu l-​problema tagħkom

  • Minn żmien għal żmien, araw kif tkunu sejrin

SOLVU L-PROBLEMI FLIMKIEN

Billi taħdmu flimkien, tistgħu tagħmlu ċert li ż-​żwieġ tagħkom ikun b’saħħtu u hieni u mhux miżerabbli u taʼ dwejjaq. (Proverbji 24:3) Ħarsu lejn il-​futur, u toqogħdux taqilgħu l-​ħama billi ssemmu l-​problemi tal-​passat. (Proverbji 17:9) Meta taħdmu id f’id u tapplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja, tistgħu tittrattaw kwalunkwe problema b’suċċess.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • X’inhi l-​iktar problema urġenti li rrid niddiskuti maʼ żewġi jew maʼ marti?

  • X’nistaʼ nagħmel biex nifhem kif iħossu verament is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħi dwar il-​problema?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja