LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 4 pp. 12-14
  • Kif tqassmu l-flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tqassmu l-flus
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 IPPJANAW TAJJEB
  • 2 KUNU ONESTI U REALISTIĊI
  • Il-flus
    Stenbaħ!—2014
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Qassam Flusek bil-Għaqal
    Stenbaħ!—2009
  • Flusek jew Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 4 pp. 12-14
Koppja qed jippjanaw bil-għaqal kif se jqassmu l-flus tagħhom

Ir-4 Taqsima

Kif tqassmu l-flus

“L-​għerf qiegħed maʼ dawk li jikkonsultaw flimkien.”—Proverbji 13:10

Ilkoll neħtieġu l-​flus biex lill-​familji tagħna nipprovdulhom l-​affarijiet li għandhom bżonn. (Proverbji 30:8) Wara kollox, “il-​flus huma protezzjoni.” (Ekkleżjasti 7:12) Bħala koppja, jistaʼ jkun diffiċli li titkellmu dwar il-​flus, imma tħalluhomx joħolqu problemi fiż-​żwieġ tagħkom. (Efesin 4:32) Koppja għandhom jafdaw lil xulxin u jaħdmu flimkien meta jiddeċiedu kif se jonfqu l-​flus.

1 IPPJANAW TAJJEB

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-​ewwel bil-​qiegħda u jikkalkula l-​ispejjeż, biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih?” (Luqa 14:28) Huwa importanti ferm li tippjanaw flimkien dwar kif se tużaw il-​flus tagħkom. (Għamos 3:3) Iddeċiedu x’teħtieġu tixtru u kemm taffordjaw tonfqu. (Proverbji 31:16) Is-​sempliċi fatt li jkollkom il-​flus biex tixtru xi ħaġa, ma jfissirx li għandkom tixtruha bilfors. Evitaw li tidħlu fid-​dejn. Tonfqux iktar milli għandkom.—Proverbji 21:5; 22:7.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Jekk jifdlilkom xi ħaġa tal-​flus fl-​aħħar tax-​xahar, iddeċiedu flimkien x’se tagħmlu bihom

  • Jekk tispiċċaw minn taħt, agħmlu pjanijiet biex tnaqqsu l-​ispejjeż tagħkom. Pereżempju, forsi tistgħu ssajru xi ħaġa d-​dar minflok ma tmorru tieklu barra

Koppja qed jaħsbu fuq l-ispejjeż kbar tagħhom

2 KUNU ONESTI U REALISTIĊI

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: ‘Ipprovdi onestament mhux biss quddiem Ġeħova imma wkoll quddiem il-​bnedmin.’ (2 Korintin 8:21) Kunu onesti maʼ xulxin dwar kemm taqilgħu u tonfqu.

Dejjem tkellmu maʼ xulxin qabel tieħdu deċiżjonijiet kbar dwar il-​finanzi. (Proverbji 13:10) Il-​komunikazzjoni dwar il-​flus se tgħin biex iżżomm il-​paċi fiż-​żwieġ tiegħek. Tqisx il-​flus li taqlaʼ bħala li huma flusek, imma bħala li huma l-​flus tal-​familja.—1 Timotju 5:8.

Koppja qed jaraw x’għandhom fil-​lista waqt li qed jagħmlu x-xirja flimkien

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Aqblu fuq l-​ammont taʼ kemm tistgħu tonfqu flus mingħajr ma jkun hemm bżonn li tgħidu lil xulxin

  • Toqogħdux tistennew li tqum problema biex titkellmu dwar il-​flus

IL-ĦARSA TIEGĦEK LEJN IL-FLUS

Għalkemm il-​flus huma importanti, tħallihomx iġibu firda fiż-​żwieġ tiegħek jew joħolqu stress u ansjetà bla bżonn. (Mattew 6:25-34) M’għandekx bżonn ħafna flus biex tgawdi l-​ħajja. Il-​Bibbja tgħid: “Għassu kontra kull xenqa b’għira.” (Luqa 12:15) Iż-​żwieġ tiegħek huwa bil-​wisq iktar importanti minn kwalunkwe ħaġa li tistaʼ tinxtara bil-​flus. Allura kun kuntent b’dak li għandek, u żomm il-​ħbiberija tiegħek m’Alla b’saħħitha. Jekk tagħmel hekk, il-​familja tiegħek se tkun ferħana u se jkollok l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.—Ebrej 13:5.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • X’nistgħu nagħmlu bħala familja biex ma nidħlux fid-​dejn?

  • Meta kienet l-​aħħar darba li bħala koppja ddiskutejna l-​finanzi tagħna b’onestà?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja