LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 7 pp. 22-25
  • Kif tgħallmu lil uliedkom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tgħallmu lil uliedkom
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 AGĦMILHA FAĊLI GĦAL ULIEDEK BIEX IKELLMUK
  • 2 IPPROVA IFHEM XI JKUNU JRIDU JGĦIDU VERAMENT
  • 3 IĠBDU ĦABEL WIEĦED
  • 4 ĦEJJU PJAN
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tħarreġ lil Uliedek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 7 pp. 22-25
Missier u iben qed jirranġaw rota flimkien

Is-7 Taqsima

Kif tgħallmu lil uliedkom

“Dan il-​kliem li qed nikkmandak illum irid ikun f’qalbek; u daħħlu sew f’qalb ibnek.”—Dewteronomju 6:6, 7

Meta Ġeħova għamel l-​arranġament tal-​familja, hu inkariga lill-​ġenituri biex jieħdu ħsieb lil uliedhom. (Kolossin 3:20) Hija r-​responsabbiltà tiegħek bħala ġenitur li tgħin lil uliedek isiru jħobbu lil Ġeħova u jsiru adulti responsabbli. (2 Timotju 1:5; 3:15) Jeħtieġ ukoll li ssir taf x’hemm f’qalb uliedek. Naturalment, l-​eżempju tiegħek stess hu importanti ħafna. Il-​Kelma taʼ Ġeħova l-​ewwel trid tkun f’qalbek stess biex tkun tistaʼ tgħallimha lil uliedek.—Salm 40:8.

1 AGĦMILHA FAĊLI GĦAL ULIEDEK BIEX IKELLMUK

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’ (Ġakbu 1:19) Int trid li t-​tfal tiegħek iħossuhom komdi jkellmuk. Huma jridu jkunu jafu li int lest li toqgħod tismagħhom meta jkunu jridu jitkellmu. Agħmel ċert li t-​tfal ma jibżgħux jiftħu qalbhom miegħek. (Ġakbu 3:18) Jekk jaħsbu li se tkun iebes magħhom jew li se tiġġudikahom, għandhom mnejn ma jgħidulekx kollox. Kun paċenzjuż mat-​tfal tiegħek, u spiss aċċertahom li tħobbhom.—Mattew 3:17; 1 Korintin 8:1.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Kun disponibbli meta t-​tfal tiegħek ikunu jridu jkellmuk

  • Tkellem mat-​tfal regolarment, mhux biss meta jkun hemm il-​problemi

2 IPPROVA IFHEM XI JKUNU JRIDU JGĦIDU VERAMENT

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Min qed juri d-​dehen fi kwistjoni se jsib it-​tajjeb.” (Proverbji 16:20) Xi kultant, biex tifhem verament dak li jkunu qed iħossu wliedek, m’għandekx biss tqis il-​kliem li jgħidu. Huwa normali li t-​tfal jesaġeraw jew jgħidu xi ħaġa bla ma jaħsbuha. “Meta xi ħadd iwieġeb qabel ma jismaʼ l-​kwistjoni, dan ikun bluha.” (Proverbji 18:13) Tirrabjax malajr.—Proverbji 19:11.

Omm tagħmilhom bi kbar meta tismaʼ dak li tgħid bintha

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Jgħidu x’jgħidu t-​tfal, agħmel ċert li ma taqbiżx fin-​nofs jew tagħmilhom bi kbar

  • Ipprova ftakar kif kont tħossok int u x’kien jidher importanti għalik meta kont tal-​età tagħhom

3 IĠBDU ĦABEL WIEĦED

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Ibni, ismaʼ mid-​dixxiplina taʼ missierek, u titlaqx il-​liġi t’ommok.” (Proverbji 1:8) Ġeħova ta l-​awtorità fuq it-​tfal kemm lill-​missier kif ukoll lill-​omm. Jeħtieġ li tgħallmu lil uliedkom jirrispettawkom u jobdukom. (Efesin 6:1-​3) It-​tfal jistgħu jindunaw jekk il-​ġenituri tagħhom ma jkunux “magħqudin kif jixraq b’fehma waħda.” (1 Korintin 1:10) Jekk ma taqblux, aħjar jekk ma turux dan quddiem uliedkom għax dan jistaʼ jnaqqas ir-​rispett tagħhom lejkom bħala ġenituri.

Missier jiddixxiplina lil ibnu fil-privat waqt li ommu u ħuh qegħdin f’kamra oħra

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Iddiskutu u aqblu dwar kif se tiddixxiplinaw lil uliedkom

  • Jekk int u r-​raġel jew il-​mara tiegħek għandkom opinjoni differenti dwar kif għandkom tgħallmu lil uliedkom, ipprovaw ifhmu l-​ħarsa taʼ xulxin

4 ĦEJJU PJAN

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih.” (Proverbji 22:6) It-​tfal tiegħek mhux se jiġu mgħallmin sew b’kumbinazzjoni. Jeħtieġ li jkollkom pjan, u dan għandu jinkludi d-​dixxiplina. (Salm 127:4; Proverbji 13:1) Id-​dixxiplina ma tfissirx biss kastig, imma tinvolvi li tgħin lil uliedek jifhmu għala għandhom ċerti regoli. (Proverbji 28:7) Ukoll, għallimhom iħobbu l-​Kelma taʼ Ġeħova u għallimhom jagħrfu l-​prinċipji tagħha. (Salm 1:2) Dan se jgħinhom biex jiżviluppaw kuxjenza taʼ min joqgħod fuqha.—Ebrej 5:14.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Agħmel ċert li wliedek iqisu lil Alla bħala Persuna reali, xi ħadd li jistgħu jafdawh

  • Għinhom jindunaw bil-​perikli morali u jevitawhom, bħal dawk li jkun hemm fuq l-​Internet u n-​netwerks soċjali. Għallimhom kif jevitaw lil dawk li jabbużaw mit-​tfal sesswalment

Tifel imħarreġ mill-ġenituri tiegħu biex jaqdi lil Ġeħova, minn mindu kien żgħir sal-magħmudija

“Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih”

ĠEĦOVA SE JBIEREK L-ISFORZI TIEGĦEK

Bħala ġenitur, int għandek inkarigu speċjali, dak li tgħallem lil uliedek kif jaħseb Ġeħova. (Efesin 6:4) Ġeħova jaf li dan jinvolvi ħafna xogħol, imma tistaʼ tkun ċert li l-​isforzi tiegħek se jfaħħru lil Alla u se jferrħuk bil-​kbir.—Proverbji 23:24.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Kif nistaʼ nagħmel ċert li wliedi jistgħu jkellmuni fuq kollox?

  • X’nistaʼ nitgħallem mill-​mod kif ġenituri oħrajn qed irabbu lil uliedhom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja