Għanja 142
Nippritkaw lil kull xorta taʼ bnedmin
Lill-Alla tagħna rridu nimitaw,
U bħalu qatt ma nħarsu lejn l-uċuħ.
Hu jrid isalva lil kull tip taʼ nies;
Minn qalbu żgur kulħadd huwa milqugħ.
(KOR)
Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu,
Imma l-qalb l’ hi taʼ valur.
Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.
U kull poplu hu prezzjuż,
B’hekk inxandru b’mod żeluż:
“Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”
Inkellmu n-nies ġejjin minn fejn ġejjin,
U qatt ma nuru il-parzjalità.
Ġeħova jgħarbel dak li hemm fil-qalb
U fiha jfittex għas-sinċerità.
(KOR)
Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu,
Imma l-qalb l’ hi taʼ valur.
Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.
U kull poplu hu prezzjuż,
B’hekk inxandru b’mod żeluż:
“Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”
Dawk li jibżgħu minn Alla w jagħmlu s-sew
Żgur minn Ġeħova jkunu maħbubin.
Dan tgħallimnieh u rridu li nxandruh,
W hekk nagħmlu maʼ kull xorta taʼ bnedmin.
(KOR)
Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu,
Imma l-qalb l’ hi taʼ valur.
Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.
U kull poplu hu prezzjuż,
B’hekk inxandru b’mod żeluż:
“Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”
(Ara wkoll Ġw. 12:32; Atti 10:34, 35; 1 Tim. 4:10; Titu 2:11.)