Għanja 149
Grati għall-fidwa
Edizzjoni Stampata
Illum ninsabu lkoll
quddiemek miġburin
Biex niftakru f’att taʼ mħabba
li wrejt mal-bnedmin.
Fuq l-art lil Ibnek bgħatt
biex tifdi kull uman.
Żgur ma stajtx tagħti sagrifiċċju
aħjar minn dan!
(KOR)
Bi mħabba ħajtu lilna ta,
B’hekk ġab ħelsien ’l-umanità.
Minn qalbna grazzi
lilek ngħidu għall-eternità.
Is-sagrifiċċju t’Ibnek żgur
hu l-aqwa mezz,
U Ġesù tant kemm iħobbna
ħallsilna il-prezz.
Minn jeddu ħajtu ta,
il-mewt se jġib fi tmiem;
’Ngħatajna tama għall-futur
mimli ferħ u sliem.
(KOR)
Bi mħabba ħajtu lilna ta,
B’hekk ġab ħelsien ’l-umanità.
Minn qalbna grazzi
lilek ngħidu għall-eternità.
(Ara wkoll Ebr. 9:13, 14; 1 Pt. 1:18, 19.)