Għanja 151
Jiġu rrivelati wlied Alla
Wasal iż–żmien biex juri Jah
Min huma l–magħżulin.
Maʼ Kristu jsaltnu mis–smewwiet,
Dawn spirti setgħanin.
(KOR)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l–ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir–Rebbieħ
U jaqsmu l–premju wkoll.
Ġesù li hu s–Sultan u s–Sid,
Lil ħutu jsejjaħ daqt.
Lill–fdal li għadhom hawn fuq l–art,
Jiġborhom hu filwaqt.
(KOR)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l–ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir–Rebbieħ
U jaqsmu l–premju wkoll.
Maġenb Ġesù jitqabdu dawn
Fil-gwerra fl–aħħar jum.
Iż–żwieġ ferrieħi mal–Ħaruf,
Eternità se jdum.
(KOR)
Flimkien maʼ Kristu, dawn l–ulied
Jintgħarfu minna lkoll.
Jingħaqdu maʼ dan ir–Rebbieħ
U jaqsmu l–premju wkoll.
(Ara wkoll Dan. 2:34, 35; 1 Kor. 15:51, 52; 1 Tess. 4:15–17.)